Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/14 ta' Ottubru
Dehra
14 ta' Ottubru:
- 1582 – Minħabba li beda jseħħ il-kalendarju Gregorjan dan il-jum u d-disa' ġranet ta' qabel f'din is-sena (mill-5 sal-14 ta' Ottubru 1582) ma jeżistux fl-Italja, il-Polonja, il-Portugall u Spanja.
- 1925 – F'Damasku fis-Sirja kien hemm rewwixta kontra l-okkupazzjoni Franċiża. (L-abitanti Franċiżi ħarbu kollha mill-belt.)
- 1964 – Leonid Brežnev sar Segretarju Ġenerali tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika wara li tneħħa Nikita Khruščёv.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1882 – Eamon de Valera, politiku u patrijot Irlandiż (m. 1975)
- 1890 – Dwight D. Eisenhower, ġeneral Amerikan u l-34 President tal-iStati Uniti (m. 1969)
- 1906 – Hannah Arendt, teoriku politiku u kittieb Ġermaniż (m. 1975)
Mietu f'dan il-jum...
- 1967 – Marcel Aymé, rumanzier u drammaturgu Franċiż (t. 1902)
- 1984 – Martin Ryle, radjoastronomu Ingliż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (t. 1918)
- 1990 – Leonard Bernstein (stampa), kompożitur u surmast tal-orkestra Amerikan (t. 1918)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Kallistu.
- Bħal-lum f'Malta...