Aqbeż għall-kontentut

Waqgħa tal-Avro Vulcan f'Ħaż-Żabbar fl-1975

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-waqgħa tal-Avro Vulcan f'Ħaż-Żabbar fl-1975 kienet inċident tal-avjazzjoni militari li seħħ f'Malta fl-14 ta' Ottubru 1975 meta ajruplan bomber Avro Vulcan B.2 iġġarraf wara li ma rnexxilux jinżel fl-ajruport tal-RAF f'Ħal Luqa. L-ajruplan iġġarraf f’żona residenzjali f'Ħaż-Żabbar, u nqatlu ħames membri tal-ekwipaġġ u persuna ċivili (Vinċenza Zammit) li kienet fl-art. Iż-żewġ bdoti rnexxielhom joħorġu u salvaw mill-inċident. It-tiġrif ikkawża ħsarat estensivi f’ħafna bini f’Ħaż-Żabbar.

Avro Vulcan B.2 bomber simili għal dak li waqgħa fuq Ħaż-Żabbar

Investigazzjoni tal-inċident iddikjarat li l-kawża ewlenija tal-inċident kien żball tal-pilota.

XM645 kien ajruplan bomber Avro Vulcan B.2 varat f'Marzu tal-1964.[1]

Fl-14 ta’ Ottubru 1975, l-ajruplan kien qed itir minn RAF Waddington fl-Ingilterra lejn l-ajruport tal-RAF f'Ħal-Luqa, Malta. [2] Il-bdot kien Flight Lieutenant G.R. Alcock, u l-ko-pilota kien Flying Officer E.G. Alexander, u ħames membri oħra tal-ekwipaġġ kienu wkoll abbord.[2] Alcock ħalla lil Alexander iwettaq l-avviċinament finali, iżda dan tal-aħħar ma kienx infurmat sew bil-problemi li nqalgħu meta niżel fuq runway qasira u mżerżqa bħal dik f’Ħal Luqa.[2]

Triq is-Santwarju f’Ħaż- Żabbar, fejn niżlu l-fdalijiet

B’Alexander isuq l-ajruplan, kellhom inżul iebes f’Ħal Luqa u qabżu r-runway. Fil-proċess l-ajruplan ġratlu ħsara fl-undercarriage tiegħu.[3] Skont xhud li ra dan kollu jseħħ, l-ajruplan mbagħad reġa’ tela' fl-ajru sa ma mess l-art madwar 600 feet (180 m) minn fejn niżel l-ewwel darba.[2] Kien hawn li l-kaptan Alcock ħa lura l-kontroll tal-ajruplan, u ddeċieda li jerġa’ jitla’ u jipprova nżul ieħor.[2]

Il-ġwienaħ tal-lemin ħa n-nar hekk kif tank tal-fjuwil kien ittaqqab mill-impatt inizjali.[3] Qabel ma l-ajruplan irnexxielu jirritorna lejn l-ajruport, il-membri tal-ekwipaġġ indunaw li kien tard wisq biex inżlu sew, u l-bdot u l-kopilota laħqu sparaw 'l barra mill-ajrupan.[2] L-ajruplan sploda f’nofs l-ajru ftit sekondi wara, u qatel lill-ħames membri tal-ekwipaġġ li kien baqa’ abbord, li ma kienux laħqu ħarbu mill-bieb tal-ekwipaġġ.[2]

Bosta fdalijiet, inklużi t-tankijiet tal-fjuwil tal-ajruplan, niżlu fit-triq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar u splodew mal-impatt. Partijiet oħra tal-ajruplan waqgħu fuq l-iskola u żoni oħra tal-belt. Kien hemm ħsarat estensivi fil-proprjetà fl-inħawi tal-impatt, u aktar minn 100 dar u ħanut u xi karozzi irrappurtaw ħsarat. Inqatlet mara li kienet miexja fit-triq, Vinċenza Zammit, filwaqt li madwar 20 persuna oħra li kienu fil-viċin sfaw feruti, uħud serjament.[2][4][5]

Il-pumpiera damu sigħat biex jitfu n-nirien ikkawżati mill-waqgħa tal-ajruplan.[2]

Plakka f’Ħaż-Żabbar bi skrizzjoni li tfakkar dan l-inċident

Saret inkjesta wara l-waqgħa, u l-konklużżjoni kien li dan ken "inċident evitabbli li fih ajruplan seta' jissalva ittajjar lejn l-art u qatel il-membri kollha tal-ekwipaġġ li kienu fuq wara."[3] Ir-rapport ikkritika lill-kaptan Alcock talli ppermetta lill-kopilota Alexander iwettaq l-avviċinament finali mingħajr ma jinfurmah b'mod adegwat dwar il-problemi li kienet tista' toffri r-runway ta' Ħal Luqa, u sabu negliġenti fl-immaniġġjar tal-ajruplan.[3]

Waħda mid-djar li ġarrbet ħsara estenzivi nbniet mill-ġdid a spejjes tal-RAF, u wara ngħatat l-isem Vulcan.[2]

Peress li l-ajruplan iġġarraf f’żona residenzjali u kkawża ħsarat kbar, l-għad ta' vittmi seta' kien ferm akbar.[2] Xi wħud min-nies ta' Malta interpretaw dan bħala miraklu.[2] Ftit jiem wara l-ħabta, fil-25 ta’ Ottubru 1975 saret purċissjoni bl-istatura tal-Madonna tal-Grazzja b'ringrazzjamet lil Alla u lil Ommu talli salvaw il-lokalità minn dak li seta’ kien diżastru ferm agħar.[5]

Il-Mużew tas-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar fih wirja żgħira permanenti relatata mal-inċident.[5][6][7]

  1. Dancey, Peter G. (2017). The Avro Vulcan: A History. Fonthill Media.
  2. 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 Chetcuti, Kristina (14 October 2010). "The Vulcan tragedy over Zabbar, 35 years on". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2 February 2020.
  3. 1 2 3 4 Testa, Michael (17 October 2005). "Vulcan crash at Zabbar was 'avoidable'". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-6 February 2020.
  4. Portelli, Eman (14 October 2019). "44 SENA MIT-TRAĠEDJA TAL-AJRUPLAN VULCAN LI ĠĠARRAF FUQ ĦAŻ-ŻABBAR" . Arkivjat minn l-oriġinal fl-8 February 2023. Miġbur 27 April 2022.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  5. 1 2 3 Żabbar: A living history (bl-Ingliż). Żabbar Local Council. 2000. ISBN 1871767156.
  6. Rix, Juliet (2013). Malta and Gozo. Bradt Travel Guides. p. 181. ISBN 9781841624525.
  7. Cini, George (9 September 2003). "Museum reopened displaying spellbinding collection of artefacts". Miġbur 27 April 2022.