Mejju
Dehra
Jannar · | Frar · | Marzu · | April · | Mejju · | Ġunju · | Lulju · | Awwissu · | Settembru · | Ottubru · | Novembru · | Diċembru |
◄ | Mejju | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
29 | 30 | 31 | 1 | 2 | 3 | 4 |
5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 |
12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 |
19 | 20 | 21 | 22 | 23 | 24 | 25 |
26 | 27 | 28 | 29 | 30 | 31 | 1 |
- Għal użi oħra, ara Mejju (diżambigwazzjoni)
Mejju hu l-ħames xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u hu wieħed minn seba' xhur Gregorjani b'tul ta' 31 jum. Hu hu x-xahar matul l-istaġun tar-rebbiegħa fl-emisferu tat-Tramuntana, u l-ħarifa fl-emisferu tan-Nofsinhar.
Mejju jibda bix-xemx fis-simbolu tal-Barri u jispiċċa f'dak tat-Tewmin. Astronomikament, ix-xemx tibda il-kostellazzjoni ta' l-Aries u tispiċċa fil-kostellazzjoni tal-Barri
Ix-xahar kien imsemmi għall-alla Griega Maia, li kienet identifikata flimkien ma' l-alla tal-fertilità ta' l-era Rumana, Bona Dea, li l-festival tagħha kien isir f'Mejju.
F'kwalunkwe sena, l-ebda xahar ma jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa ta' Mejju. L-istess hu għax-xahar ta' Ġunju.
Avvenimenti f'Mejju
[immodifika | immodifika s-sors]- F'kważi l-pajjiżi kollha, l-1 ta' Mejju hu l-Jum Internazzjonali tal-Ħaddiema.
- Fil-kalendarju Nisrani, l-1 ta' Mejju hi l-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem.
- Fil-kalendarju Irlandiż, l-1 ta' Mejju hi Beltane, l-ewwel ġurnata tas-Sajf, u vaganza pubblika tinżamm fl-ewwel Tnejn ta' Mejju.
- Fil-Ġermanja hemm tradizzjoni qadima li jħawlu "is-siġra ta' Mejju" biex jagħtu ġieħ lil xi ħadd.
- L-ewwel Sibt ta' Mejju hi d-data tal-Kentucky Derby li hu avveniment annwali li hu famuż għat-tiġrijiet taż-żwiemel fl-Istati Uniti.
- Il-Preakness Stakes hi miżmuma ġimgħatejn wara l-Kentucky Derby
- L-4 ta' Mejju, fl-Olanda hi l-ġurnata ta' Jum il-Mejtin, biex tfakkar kull każwalità fil-kunflitti militari li kienu jinvolvu lill-Olanda.
- Jum it-Tfal hu fil-5 ta' Mejju fil-Ġappun u l-Korea.
- Fl-Unjoni Ewropea, id-9 ta' Mejju hu Jum l-Ewropa.
- Fit-12 ta' Mejju l-Finlandja tiċċelebra Jum il-Finlandja.
- Jum l-Indipendenza fl-Eritreja (mill-Etjopja) fl-24 ta' Mejju.
- Fil-25 ta' Mejju, l-Arġentina tikkomemora r-Rivoluzzjoni ta' Mejju (jew Revolución de Mayo).
- It-tieni Ħadd ta' Mejju hu Jum l-Omm fl-Istati Uniti. Fl-2008 din saret fil-11 ta' Mejju.
- Kull sena f'Mejju, jsir il-Festival tal-Eurovision.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mejju |
- Gwida ta' l-ivjaġġar ta' Mejju fuq Wikivoyage