Mary Meilak
| Mary Meilak | |
|---|---|
![]() Mary Meylak (1925) | |
| Ħajja | |
| Twelid | Għawdex, 9 Awwissu 1905 |
| Nazzjonalità | Malta |
| Mewt | 1 Jannar 1975 |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
poeta saġġist kittieb |
| Moviment artistiku | opra |
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |

Mary Meilak (1905-1975) magħrufa bħala Mary Meylak hija meqjusa bħala l-ewwel poetessa Maltija.
Bint Ġorġ u Mananni, Mary Meylak twieldet ir-Rabat Għawdex nhar id-9 ta' Awwissu 1905. Ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-Iskola Ċentrali t'Għawdex. Għamlet sbatax-il sena taħdem fl-uffiċini tal-Gvern iżda fl-1942 daħlet għalliema, xogħol għal qalbha ħafna li damet fih sakemm irtirat, għoxrin sena wara.
Għalkemm isem il-familja tagħha huwa spellut b'wieħed mill-modi konvenzjonali magħrufa fil-pajjiż (Meilak u xi drabi Meilaq jew Mejlaq), hija regolarment iffirmat kunjomha bħala Meylak mal-poeżiji tagħha.
Poetessa
[immodifika | immodifika s-sors]Kitbet l-ewwel poeżija tagħha, Faxx Nemel, meta kellha 25 sena, fl-1930. Fl-1945 ħarġet l-ewwel ġabra tagħha ta’ poeżiji, Pleġġ il-Hena, u s-sena ta’ wara Villa Meylak, Dawra Misterjuża u Album.
Ippubblikat ukoll ġabriet ta’ esejs Nirraġunaw u Nitbissmu, tliet novelli: Nokkla Sewda, San Nikola tal-Vinturi u It-Tewmin tal-Birgu, żewġ opri u xi operetti.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Pleġġ il-Hena (1945)
- Nirraġunaw u Nitbissmu 1 (1946)
- Nirraġunaw u Nitbissmu 2 (1947)
- Dawra Misterjuża (1947)
- Villa Meylak: Ġonna ta' Kulħadd (1947)
- Album: Poeżiji (1947)
- Nokkla Sewda (1958)
- Songs You Will Like (1971)
- L-Istrumenti tal-Passjoni (2005)
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Mietet fl-1 ta' Jannar 1975 fl-għomor ta' 70 sena.
F'għeluq il-100 sena minn twelidha twaħħlet lapida li tfakkarha fir-Rabat, Għawdex.
