Opossum irqiq ta' Dorothy
Opossum irqiq ta' Dorothy | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Marmosops (Matschie,1916) |
Speċi: | M. ocellatus |
Isem binominali | |
Marmosops ocellatus (Tate,1931) | |
Firxa ta' Marmosops ocellatus |
L-Opossum irqiq ta' Dorothy jew Opossum ġurdien irqiq ta' Dorothy, magħruf xjentifikament bħala Marmosops ocellatus, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum irqiq arborju jew tas-siġar (Nowak,1999), b' abitudni notturna (annimal li jilħaq il-quċċata ta' l-attivita tiegħu matul il-lejl), ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat kemm ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali kif ukoll tropikali umdi.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum irqiq ta' Dorothy huwa marsupjal b' dieta omnivora u tikkonsisti prinċipalment minn frott, insetti u annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħra.
Distribuzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Marmosops ocellatus huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel, mifruxa mal-Bolivja u speċi endemika ta'dan il-pajjiż, għalkemm probabilment jisab mifrux f' arja żgħira fil-Brażil ukoll.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Marmosops ocellatus għal żmien twil kien ikkunsidrat sinonimu ta' "Marmosops dorothea" (li l-llum il-ġurnata huwa meqjus bħala sottospeċi jew sinonimu ta' Marmosops noctivagus), sakemm f' 2004 ġie rikkonoxxut bħala speċi sħiħa minn Voss et al. u 'rriklassifikaw il-bqija tal-forom ta' "Marmosops dorothea" f' Marmosops noctivagus.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Anderson, S. 1997. Mammals of Bolivia, taxonomy and distribution. Bulletin of the American Museum of Natural History, No 231
- Brown, B. E. 2004. Atlas of New World marsupials. Fieldiana (Zoology), new series, 102:1-308.
- Emmons, L. H. and F. Feer. 1997. Neotropical rainforest mammals, a field guide. Second edition. Chicago, The University of Chicago Press.
- Mustrangi, M. A., and J. L. Patton. 1997. Phylogeography and systematics of the slender mouse opossum Marmosops (Marsupialia, Didelphidae). University of California Publications in Zoology 130:1-86
- Patterson, B. 2003. Unpublished database of Neotropical Mammal species. The Field Museum, Chicago, Illinois.
- R.S. Voss, T. Tarifa & E. Yensen: An Introduction to Marmosops (Marsupialia: Didelphidae), with the description of a New Gatunek from Bolivia and Uwagis on the Taxonomy and Distribution of Other Bolivian Forms. American Museum Novitates 3466: 1-40 (2004)
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4