Marie Ponsot
Marie Ponsot | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Brooklyn, 6 April 1921 |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Mewt | Manhattan, 5 Lulju 2019 |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Columbia Kulleġġ ta' San Ġużepp |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb traduttur poeta kritiku letterarju ġurnalist |
Impjegaturi |
Kulleġġ ta' Queens Università ta' New York |
Premjijiet |
List
|
Marie Ponsot (/pɒnˈsoʊ/; xebba: Birmingham; 6 ta’ April 1921 - 5 ta’ Lulju 2019) kienet poetessa, kritika letterarja, saġġista, għalliema u traduttriċi Amerikana. L-unuri u l-premjijiet li ngħatat jinkludu n-National Book Critics Circle Award, id-Delmore Schwartz Memorial Prize, ir-Robert Frost Poetry Award, il-Medalja Shaughnessy tal-Modern Language Association, ir-Ruth Lilly Poetry Prize mill-Poetry Foundation, u l-Aiken Taylor Award for Modern American Poetry.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Bint Marie Candee li kienet għalliema fl-iskejjel pubbliċi, u William Birmingham li kien impurtatur,[1] Ponsot twieldet fi Brooklyn ġewwa New York u trabbiet flimkien ma’ ħuha fi Queens, il-Ġamajka. Minn età żgħira hi bdiet tikteb il-poeżiji, li ftit minnhom ġew ippubblikati fil-Brooklyn Daily Eagle. Wara li ggradwat minn St. Joseph's College for Women in Brooklyn, Ponsot kisbet lawrja ta’ Masters fil-Letteratura tas-Seklu Sbatax mill-Columbia University. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, hi marret Pariġi fejn iltaqgħet u żżewġet lil Claude Ponsot,[1] pittur u student ta’ Fernand Léger. Tul it-tliet snin li għexu f’Pariġi, il-koppja kellha tifla. Kien il-ħabib tagħha, l-artist Amerikan Lawrence Ferlinghetti, li fl-1956,[2] ippubblikalha l-ewwel ktieb tal-poeżiji True Minds. Iktar 'il quddiem, il-koppja Ponsot irrilokat fl-Istati Uniti. Il-koppja kellha sitt subien qabel ma ddivorzjat. Marie Ponsot sabet ruħha trabbi sebat itfal u waqfet tippubblika l-poeżiji tagħha.[1]
Mar-ritorn tagħha minn Franza, Ponsot ħadmet għal rasha bħala kittieba ta’ skripts għar-radju u t-televiżjoni. Hi ttraduċiet 69 ktieb tat-tfal mill-Franċiż, fosthom il-ktieb The Fables of La Fontaine.
Premjijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Ponsot kitbet diversi ġabriet poetiċi, fosthom The Bird Catcher (1998) li kien finalist tal-Lenore Marshall Poetry Prize[3] tal-1999 u r-rebbieħ tan-National Book Critics Circle Award, u Springing: New and Selected Poems (2002), li ġie msemmi bħala "ktieb notevoli tas-sena" minn The New York Times Book Review.
Fost premjijiet oħra, Ponsot irċeviet għotja għall-kitba kreattiva min-National Endowment for the Arts, id-Delmore Schwartz Memorial Prize, ir-Robert Frost Poetry Award, il-Medalja Shaughnessy tal-Modern Language Association[2], ir-Ruth Lilly Poetry Prize mill-Poetry Foundation fl-2013,[4] u l-Aiken Taylor Award for Modern American Poetry fl-2015.[5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ "Marie Ponsot, Poet of Love, Divorce and Family, Dies at 98".
- ^ a b "About Marie Ponsot | Academy of American Poets".
- ^ "Marie Ponsot".
- ^ "Marie Ponsot Awarded $100,000 Ruth Lilly Poetry Prize".
- ^ "Sewanee Review announces Marie Ponsot as the recipient of Aiken Taylor Award in modern American poetry | The University of the Sout". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-01-31. Miġbur 2022-05-03.