Maria Grech Ganado

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Maria Grech Ganado

Maria Grech Ganado twieldet Ħal Lija, fl-1943. Studjat fl-universitajiet ta' Malta, Cambridge u Heidelberg. Kienet l-ewwel mara Maltija li nħatret full-time lecturer fl-Università ta' Malta fl-1971. Iżżewġet fl-1972 lil Louis Grech u għandha tlett itfal, fosthom Xandru Grech. Fl-1995, wara waqfa ta' iżjed minn 20 sena, reġgħet bdiet tgħallem sakemm irtirat fi Frar ta' l-2003. Maria hija poetessa bilingwi; tikteb kemm bl-Ingliż u bil-Malti. Il-poeżiji Ingliżi tagħha ġew ippubblikati f'rivisti prestiġjużi fl-Ingilterra u l-Awstralja. Ħarġet erbgħa ġabriet ta' poeżiji bil-Malti, Iżda Mhux Biss (1999), li rebaħ il-Premju Letterarju fis-sena 2000, Skond Eva (2001) u Fil-Ħofra Bejn Spallejha (2005)u 'Taħt il-Kpiepel t'Għajnejja' (2014). Uħud mill-poeżiji tagħha jidhru wkoll f'antoloġiji Maltin kif ukoll Taljani, Franċiżi, Spanjoli, Litwani, Ceki u oħrajn . Fis-sena 2000 ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Grech Ganado kitbet ukoll poeżija ferm populari li jisimha Jum San Valentin. Din il-poeżija hija ddedikata lill-maħbub tagħha li ttradiha u hi kellha issofri ċerta konsegwenzi minħabba dan it-tradiment. Jum San Valentin hija poeżija li bħalissa hawn ħafna studenti li qegħdin jitgħallmuha fl-iskejjel sekondarji. Monografija tal-poeżiji tagħha hi studjata wkoll għall-Livell Avvanzat tal-Matsec.

Bibljografija[immodifika | immodifika s-sors]