Manuel Almunia
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Manuel Almunia Rivero | ||
Twelid | 19 ta' Mejju 1977 Pamplona | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.91 m | ||
Rwol | Gowler | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Watford | ||
Numru | TBC | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1997–1999 | Osasuna B | 44 | (0) |
1999–2000 | Osasuna | 0 | (0) |
1999–2000 | → Cartagena (self) | 3 | (0) |
2000–2001 | Sabadell | 25 | (0) |
2001–2004 | Celta Vigo | 0 | (0) |
2001–2002 | → Eibar (self) | 35 | (0) |
2002–2003 | → Recreativo Huelva (self) | 2 | (0) |
2003–2004 | → Albacete (self) | 24 | (0) |
2004–2012 | Arsenal | 109 | (0) |
2011 | → West Ham United (self) | 4 | (0) |
2012– | Watford | 39 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 1:36, 2 ta' Marzu 2013 (UTC) |
Manuel Almunia Rivero (Pamplona, 19 ta' Mejju 1977) huwa plejer tal-futbol li jilgħab bħala gowler ma' Watford fl-Ingilterra.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Imwieled Pamplona, Almunia beda l-karriera tiegħu fl-1997 mat-tim tar-riservi ta' Osasuna, fejn lagħab għal żewġ staġuni mat-tim fis-Segunda División B. Għal żewġ staġuni oħra lagħab f'dan l-istess livell ma' Cartagena u Sabadell, qabel ma ngħaqad Real Club Celta de Vigo fl-2001–02 għall-ewwel esperjenza tiegħu fl-ogħla diviżjoni Spanjola.
Madanakollu, ftit wara li ngħaqad ma' Celta, Almunia ġie msellef lit-tim ta' Eibar li jilgħab fis-Segunda División. Wara dan il-perjodu ta' self, reġa' ġie msellef għall-istaġun 2002–03, din id-darba ma' Recreativo Huelva fil-La Liga. Mat-tim mill-Andalusja lagħab biss żewġ logħbiet fil-kampjonat. Għat-tielet u l-aħħar darba ġie msellef, nhar l-1 ta' Novemru 2003, lit-tim ta' Albacete.
Arsenal[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-14 ta' Lulju 2004, Arsenal iffirmaw lil Almunia għal somma mhux magħrufa.[1] Id-debutt tiegħu wasal fis-27 ta' Ottubru 2004, fir-rebħa ta' 2–1 kontra Manchester City, partita valida mill-Carling Cup. Hu lagħab fil-logħbiet kollha tal-Arsenal matul din il-kompetizzjoni, li ntemmet fil-kwarti tal-finali kontra Manchester United.
Minkejja l-iżbalji tiegħu, il-kowċ Arsène Wenger baqa' jżomm fiduċja fil-plejer u kien ukoll involut f'logħbiet importanti għall-Gunners meta Jens Lehmann kien isofri minn problemi fiżiċi. Fil-finali tal-UEFA Champions League 2006 kontra Barcelona, Almunia kellu jidħol fit-18-il minuta wara li Lehmann ġie mkeċċi. Minkejja prestazzjoni qalbiena tat-tim (li kienu marru minn fuq anke jekk kienu minn taħt b'għaxar irġiel), sofrew żewġ gowls fit-tieni taqsima għat-telfa finali ta' 2–1.
Almunia baqa jiġi msejjaħ mal-ewwel ħdax fil-partiti tal-FA Cup u l-Carling Cup fl-istaġun 2006–07, fejn lagħab ukoll logħba waħda fil-kampjonat kontra l-Liverpool, fejn baqa' imbattibbli matul id-disgħin minuta. Wara serje ta' problemi fiżiċi ta' Lehmann fl-istaġun 2007–08, Almunia sab ruħu figura regulari mal-ewwel ħdax u onora dan ir-rwol ġdid tiegħu bi prestazzjonijiet tajbin. Sussegwentament, anke meta Lehmann reġa' ġie lura fl-azzjoni, Almunia baqa' l-ewwel għażla bejn il-lasti.
Wara t-tluq ta' Lehmann fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Almunia issolida ruħu bħala l-gowlkiper numru wieħed tal-Arsenal. Mill-istaġun 2011–12 sar it-tielet għażla tal-klabb, wara Wojciech Szczęsny u Łukasz Fabiański.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ BBC Sport, ed. (14-07-2004). "Almunia joins Arsenal" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Manuel Almunia |