Luigi Galvani

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Luigi Galvani
Ħajja
Twelid Bolonja, 9 Settembru 1737
Nazzjonalità Stati Papali
Mewt Bolonja, 4 Diċembru 1798
Post tad-dfin Corpus Domini, Bologna (en) Translate
Familja
Konjuga/i Lucia Galeazzi Galvani  (1769 -
Aħwa
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Bologna 1759) : teoloġija, mediċina
Studenti dottorali Giovanni Aldini
Lingwi Latin
Taljan
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni anatomista
fiżiku
tabib
għalliem fl-università
inventur
Impjegaturi Università ta' Bologna

Luigi Galvani (pronunzja: [luˈiːdʒi ɡalˈvaːni];[1][2][3] bil-Latin: Aloysius Galvanus; twieled fid-9 ta' Settembru 1737 – miet fl-4 ta' Diċembru 1798) kien tabib, fiżiku, bijologu u filosfu Taljan, li studja l-elettriku fl-annimali. Fl-1780, hu u martu Lucia Galeazzi Galvani skoprew li l-muskoli tas-saqajn taż-żrinġijiet mejtin kienu jiċċaqilqu meta kienu jintmessu bi sparkjatura elettrika.[4] Dan kien l-istudju bikri tal-bijoelettriku, skont esperimenti ta' John Walsh u Hugh Williamson.

Ħajja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

L-esperiment tas-saqajn taż-żrinġijiet.

Luigi Galvani twieled f'Bologna, l-Italja (dak iż-żmien parti mill-Istati Papali); missieru kien Domenico Galvani u ommu kienet Barbara Caterina Foschi. Missieru Domenico kien arġentier (tad-deheb).[5]

Galvani minn kmieni interessa ruħu fil-qasam tal-"elettriku mediku". Dan il-qasam tfaċċa f'nofs is-seklu 18, wara riċerki fl-elettriku u l-iskoperta tal-effetti tal-elettriku fuq ġisem il-bniedem mix-xjenzati, fosthom Bertrand Bajon u Ramón M. Termeyer fis-snin 60 tas-seklu 18[6], u John Walsh[7] u Hugh Williamson fis-snin 70 tas-seklu 18.[8][9]

Galvani vs Volta[immodifika | immodifika s-sors]

L-esperiment De viribus electricitatis in motu musculari.

Alessandro Volta, professur tal-fiżika sperimentali fl-Università ta' Pavia, kien fost l-ewwel xjenzati li rrepeta u vverifika l-esperimenti ta' Galvani. Għall-ewwel, huwa ħaddan l-elettriku fl-annimali. Madankollu, beda jiddubita li l-konduzzjoni kienet ikkawżata minnn elettriku speċifiku li kien intrinsiku f'saqajn l-annimali jew f'partijiet oħra ta' ġisimhom. Volta kien jemmen li l-kontrazzjonijiet kienu jiddependu mill-kejbil tal-metall li Galvani uża biex jikkollega n-nervituri u l-muskoli fl-esperimenti tiegħu.[9]

Kull ċellola għandha potenzjal ta' ċellola; l-elettriku bijoloġiku għandu l-istess karatteristiċi bħall-kurrent bejn iċ-ċelloli elettrokimiċi, u b'hekk jista' jiġi rreplikat 'il barra mill-ġisem. L-intuwizzjoni ta' Volta kienet korretta. Volta, essenzjalment, ma qabilx mal-konklużjonijiet ta' Galvani dwar "il-fluwidu elettriku fl-annimali", iżda ż-żewġ xjenzati xorta kienu jirrispettaw lil xulxin u Volta ħareġ bit-terminu "Galvaniżmu" għall-kurrent dirett tal-elettriku prodott minn azzjoni kimika.[10]

Ladarba Galvani qagħad lura milli jintervjeni fil-kontroversja ma' Volta, huwa inkariga lin-neputi tiegħu, Giovanni Aldini, biex jaġixxi bħala d-difensur ewlieni tat-teorija tal-elettriku fl-annimali.

Mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Elettrodi jmissu żrinġ mejjet, u s-saqajn jiċċaqilqu 'l fuq.[11]

Galvani baqa' jinvestiga attivament l-elettriku fl-annimali sal-aħħar ta' ħajtu. Ir-Repubblika Ċisalpina, stat klijentali Franċiż fl-1797 wara l-okkupazzjoni Franċiża tat-Tramuntana tal-Italja, kienet tirrikjedi li kull professur universitarju jaħlef lealtà lejn l-awtorità l-ġdida. Galvani, li ma kienx jaqbel mal-konfużjoni soċjali u politika, irrifjuta li jagħmel dan, flimkien ma' kollegi oħra. Dan wassal biex l-awtorità l-ġdida ċċaħdu mill-karigi akkademiċi u pubbliċi kollha tiegħu, u b'hekk spiċċa mingħajr ebda sostenn finanzjarju. Galvani miet fil-paċi mdawwar b'ommu u missieru, fid-dar ta' ħuh f'depressjoni u fil-faqar, fl-4 ta' Diċembru 1798.[9]

Legat[immodifika | immodifika s-sors]

Il-monument ta' Luigi Galvani fi Piazza Luigi Galvani, Bologna.

Il-legat ta' Galvani jinkludi:

  • Ir-rapport ta' Galvani tal-investigazzjonijiet tiegħu ssemma b'mod speċifiku minn Mary Shelley bħala parti minn lista tal-qari tas-sajf li wasslet għal kompetizzjoni ad hoc ta' ġrajjiet tal-fatati f'jum bix-xita fl-Iżvizzera — u r-rumanz li rriżulta minn dan kien Frankenstein. Fi Frankenstein, Victor jistudja l-prinċipji tal-Galvaniżmu iżda ma jissemmiex b'referenza għall-ħolqien tal-Mostru.
  • Kunjom Galvani baqa' jintuża fil-lingwaġġ ta' kuljum bħala l-verb 'iggalvanizza' kif ukoll f'termini iktar speċjalizzati: il-potenzjal ta' Galvani, l-anodu galvaniku, il-banju galvaniku, iċ-ċellola galvanika, il-korrożjoni galvanika, il-koppja galvanika, il-kurrent galvaniku, l-iżolament galvaniku, is-serje galvanika, ir-rispons tal-ġilda galvanika, il-Galvaniżmu, il-galvanizzazzjoni, il-galvanizzazzjoni f'banju sħun, il-galvanometru, il-Galvalume® u r-rifless psikogalvaniku.

Galvani, skont William Fox, kien "min-natura tiegħu kuraġġuż u reliġjuż". Jean-Louis-Marc Alibert qal li Galvani qatt ma kien itemm il-lezzjonijiet tiegħu "mingħajr ma jeżorta lis-semmiegħa tiegħu u jerġa' jwassalhom lura għall-idea tal-Provvidenza eterna, li tiżviluppa, tikkonserva u tiċċirkola l-ħajja fost tant ħlejqiet differenti".[12]

Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

  • De viribus electricitatis in motu musculari commentarius (bil-Latin), 1791. The Institute of Sciences, Bologna.
  • De viribus electricitatis in motu musculari (bil-Latin). Modena: Società tipografica. 1792.
  • Memorie sulla elettricità animale (bit-Taljan). Bologna: Clemente Maria Sassi. 1797.
  • Opere (bit-Taljan). Bologna: Emidio Dall'Olmo. 1841.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Publishers, HarperCollins. "The American Heritage Dictionary entry: Galvani". www.ahdictionary.com. Miġbur 2022-09-09.
  2. ^ "Galvani, Luigi | Definition of Galvani, Luigi in US English by Oxford Dictionaries". web.archive.org. 2019-05-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-05-31. Miġbur 2022-09-09.
  3. ^ "Definition of GALVANI". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-09.
  4. ^ Whittaker, E. T. (1951), A History of the Theories of Aether and Electricity. Vol 1, Nelson, Londra, pp. 67-71.
  5. ^ Heilbron, John L., ed. (2003). The Oxford Companion to the History of Modern Science. Oxford University Press. ISBN 978-0199743766. p. 323.
  6. ^ de Asúa, Miguel (9 April 2008). "The Experiments of Ramón M. Termeyer SJ on the Electric Eel in the River Plate Region (c. 1760) and other Early Accounts of Electrophorus electricus". Journal of the History of the Neurosciences. 17 (2): 160–174.
  7. ^ Alexander, Mauro (1969). "The role of the voltaic pile in the Galvani-Volta controversy concerning animal vs. metallic electricity". Journal of the History of Medicine and Allied Sciences. XXIV (2): 140–150.
  8. ^ VanderVeer, Joseph B. (6 July 2011). "Hugh Williamson: Physician, Patriot, and Founding Father". Journal of the American Medical Association. 306 (1).
  9. ^ a b ċ Bresadola, Marco (15 ta' Lulju 1998). "Medicine and science in the life of Luigi Galvani". Brain Research Bulletin. 46 (5): 367–380.
  10. ^ "Luigi Galvani". ETHW (bil-Malti). 2016-02-03. Miġbur 2022-09-09.
  11. ^ David Ames Wells, The science of common things: a familiar explanation of the first. p. 290.
  12. ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Luigi Galvani". www.newadvent.org. Miġbur 2022-09-09.