Luciano Micallef

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Luciano Micallef (twieled fl-1 ta' Novembru 1954) huwa artist Malti magħruf primarjament għall-arti astratta tiegħu.

Ħajja[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa twieled f'Birkirkara fl-1 ta' Novembru 1954.[1] Fl-età ta' 10 snin huwa beda jistudja l-arti privatament taħt l-artist Malti Ġużeppi Briffa. Aktar tard attenda l-Iskola tal-Arti ta' Malta. Ingħata borża ta' studju mill-Gvern Taljan biex jistudja l-arti fl-Accademia di Belli Arti di Firenze.[2] Huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar artisti Maltin prominenti tal-seklu għoxrin permezz tal-arti astratta tiegħu.

Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Arti[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1991 għamel l-ewwel wirja tiegħu ta' pitturi astratti fis-Sala Kontemporanja tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti ta' Malta, filwaqt li esebixxa wkoll bħala parti minn grupp fi ħdan l-istess Mużew iżda f'żewġ postijiet oħra, dawk tas-Salon fl-Auberge de Provence u ex-Preti Rooms, Auberge de Provence, Malta[3]

Apparti x-xogħlijiet astratti, Micallef huwa magħruf ukoll għall-pitturi ta' personalitajiet ewlenin b'stil ikkulurit distintiv.[4] Fost dawn il-kwadri insibu dawk tal-Perit Renzo Piano,[5] Roberto Benigni, [6] Luciano Benetton u Gilberto Benetton,[7] Ornella Muti, u politiċi Maltin bħal Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici fost oħrajn.[8]

Micallef tella wirjiet kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. L-ispazju tal-wiri tiegħu Gallerija 5 fin-Naxxar fejn isiru wirjiet regolari ta' xogħlijiet tiegħu kien inawgurat fl-1996.[9]

Fl-2010 ġie kkummissjonat biex iwettaq tliet xogħlijiet kbar bil-ħġieġ imdewweb għall-Knisja tal-Ħniena Divina f'San Pawl tat-Tarġa.[10]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "madiona - morales" (bl-Ingliż). Iconography in Malta Churches. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-22. Miġbur 2020-06-04.
  2. ^ "60 Second Interview - Luciano Micallef" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2005-05-15.
  3. ^ "REPORTS on the working of GOVERNMENT DEPARTMENTS for The Year 1991" (PDF) (bl-Ingliż). Dipartiment tal-Informazzjoni ta' Malta. 1991. p. 87. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-01-23. Miġbur 2020-06-04.
  4. ^ Said, Martina (2019-09-15). "Meet The Artist: Luciano Micallef Talks Colour, Abstract Composition And His Love Of Portraits" (bl-Ingliż). The Malta Chamber. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-06-04. Miġbur 2020-06-04.
  5. ^ "Renzo Piano visits his masterpiece" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2015-08-01.
  6. ^ "A portrait for Benigni" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2008-05-11.
  7. ^ "Gilberto Benetton: low-profile member of a very special family" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2018-10-28.
  8. ^ "Portraits". lucianomicallef.com (bl-Ingliż). Luciano Micallef.
  9. ^ "New exhibition by Luciano Micallef" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2005-05-25.
  10. ^ Zammit, Rosanne (2008-03-22). "First Mass at church dedicated to Divine Mercy" (bl-Ingliż). Times of Malta.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]