Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Mauritania
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Mauritania rratifikat il-Konvenzjoni fit-2 ta' Marzu 1981, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-1996, il-Mauritania għandha żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, wieħed kulturali u wieħed naturali. L-ewwel sit tal-Mauritania, il-Park Nazzjonali ta' Banc d'Arguin, tniżżel fil-lista fl-1989. Is-sit l-ieħor, il-Ksour Antiki ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata, tniżżel fl-1996.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-Għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Park Nazzjonali ta' Banc d'Arguin | bejn Nouakchott u Nouadhibou | 1989 | ix, x (naturali) | Fil-marġni tal-kosta Atlantika, il-park nazzjonali jinkludi l-għaram tar-ramel, l-artijiet bassasa kostali, il-gżejriet u l-ilmijiet baxxi tul il-kosta. Il-kuntrast bejn l-ambjent aħrax tad-deżert u l-bijodiversità taż-żona tal-baħar wassal għal pajsaġġ terrestri u tal-baħar ta' importanza naturali eċċezzjonali. Fix-xitwa, varjetà wiesgħa ta' għasafar ipassu u jieqfu jistrieħu fis-sit. Barra minn hekk, wieħed jista' jsib diversi speċijiet ta' fkieren tal-baħar u dniefel, li jintużaw mis-sajjieda biex jattiraw ġlejjeb ta' ħut.[5] | |
Ksour Antiki ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata | Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata | 1996 | iii, iv, v (kulturali) | Stabbiliti fis-sekli 11 u 12 biex jaqdu lill-karovani li kien jaqsmu d-deżert tas-Saħara, dawn iċ-ċentri kummerċjali u reliġjużi saru punti ċentrali tal-kultura Iżlamika. Irnexxielhom jippreservaw in-nisġa urbana li evolviet bejn is-sekli 12 u 16. Tipikament, id-djar huma ffullati tul it-toroq dojoq madwar xi moskea b'minaret kwadru. Joħorġu fid-dieher stil ta' għajxien tradizzjonali ċċentrat fuq il-kultura nomadika tal-popolazzjonijiet t-Saħara tal-Punent.[6] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mauritania - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Banc d'Arguin National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Ksour of Ouadane, Chinguetti, Tichitt and Oualata". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.