Ksour Antiki ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata
Il-ksour (swar) ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata fil-Mauritania tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.
Ouadane u Chinguetti jinsabu fir-Reġjun ta' Adrar, Tichitt tinsab fir-Reġjun ta' Tagant u Oualata tinsab fir-Reġjun ta' Hodh Ech Chargui. Dawn il-bliet ġew stabbiliti għall-ħabta tas-seklu 11 bħala punti ta' waqfien għall-karovani tal-kummerċ Trans-Saħarjan tul is-Saħara.
Dawn il-bliet fl-imgħoddi kienu ċentri prosperużi tal-kultura tas-Saħara u llum il-ġurnata għadhom jeżistu llum il-ġurnata iżda jiffaċċjaw bosta diffikultajiet, mhux biss minħabba t-trasformazzjoni radikali tar-rotot kummerċjali, iżda fuq kollox minħabba r-ramel dejjem javvanza tad-deżert.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Ksour Antiki ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Kodiċi | Isem | Reġjun | Koordinati |
---|---|---|---|
750-001 | Ksour ta' Ouadane | Reġjun ta' Adrar | 20°55′44″N 11°37′25″W / 20.92889°N 11.62361°W |
750-002 | Ksour ta' Chinguetti | Reġjun ta' Adrar | 20°27′48″N 12°22′0″W / 20.46333°N 12.366667°W |
750-003 | Ksour ta' Tichitt | Reġjun ta' Tagant | 18°25′0″N 9°28′9″W / 18.416667°N 9.46917°W |
750-004 | Ksour ta' Oualata | Reġjun ta' Hodh el Charqui | 17°18′0″N 7°1′59.9″W / 17.3°N 7.033306°W |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Ksour of Ouadane, Chinguetti, Tichitt and Oualata". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-02.