Aqbeż għall-kontentut

Lavinia Fontana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lavinia Fontana
Ħajja
Twelid Bolonja, c. 24 Awwissu 1552
Mewt Ruma, 11 Awwissu 1614
Post tad-dfin Santa Maria sopra Minerva (en) Translate
Familja
Missier Prospero Fontana
Konjuga/i Gian Paolo Zappi (mul) Translate  (14 Frar 1577 -
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
disinjatur tal-bini
artist
altarpiece painter (en) Translate
portraitist (en) Translate
Post tax-xogħol Bolonja
Ruma
Xogħlijiet importanti Adoration of the Shepherds (en) Translate
Sħubija Akkademja ta' San Luqa
Moviment Manjeriżmu
Psewdonomu Zappi, Lavinia
Moviment artistiku pittura ritratt
arti reliġjuża
ritratt

Lavinia Fontana (24 ta' Awwissu, 1552-11 ta' Awwissu , 1614) kienet pittriċi Taljana.

Lavinia Fontana twieldet Bolonja, bint Prospero Fontana, pittur prominenti tal-iskola Bolonjiża ta' dak iż-żmien li kien ukoll l-għalliem tagħha.

L-ewwel xogħol li nafu bih, Tifla Xadina, pingietu fl-1575 meta kellha 23 sena. Din il-pittura ntilfet imma għandna oħra mill-pitturi bikrija tagħha, Kristu bis-Simboli tal-Passjoni, li pinġiet fl-1576 u issa qiegħda fil-Mużew tal-Arti ta' El Paso Museum of Art. Kompliet tpinġi f’bosta ġeneri. Fil-bidu tal-karriera tagħha kienet famuża għar-ritratti tan-nies għonja ta' Bolonja. Bdiet billi tpinġi pitturi devozzjonali żgħar fuq ir-ram, li kienu popolari bħala rigali papali u diplomatiċi, minħabba li l-kuluri jidhru iżjed puri fuq il-metall[1]. Wara, ħolqot bosta pitturi ta' figuri nudi u pitturi reliġjużi fuq skala kbira.

Fontana żżewġet lil Paolo Zappi (spelluta wkoll Fappi) fl-1577. Kellhom 11 ulied, però 3 biss kienu ħajjin meta mietet. Wara ż-żwieġ, Fontana kompliet tpinġi biex tmanti l-familja tagħha. Zappi kien jieħu ħsieb it-tmexxija tad-dar u jgħin 'l martu bħala lavrant, ipinġi wkoll xi elementi sekondarji tal-pittura bħad-drappijiet.

Fontana u l-familja tagħha marru joqgħodu Ruma fl-1603 fuq stedina tal-Papa Klement VIII. Hemm kisbet il-patrunaġġ tal-familja Buoncompagni, li wieħed minnhom kien il-Papa Gregorju XIII. Lavinia ffjorixxiet f'Ruma daqs kemm kienet f'Bolonja u l-Papa Pawl V kien wieħed minn dawk li pinġiet ir-ritratt tagħhom.

Tarbija tat-twelid f'benniena (c. 1583)

Xi wħud mil-pitturi, li sikwit kienet titħallas tajjeb ħafna għalihom, kienu attribwiti bi żball lil Guido Reni. L-importanti fost dawn huma Venere, Il-Madonna tikxef il-Bambin Ġesù u s-Sultana ta' Saba żżur lil Salamun. L-awtoritratt tagħha jingħad li kienet mara sabiħa ħafna f'żogħżita x'aktarx kien il-kapulavur tagħha; dan hu l-propjetà tal-Konti Zappi ta' Imola, dixxendent tal-familja ta' żewġha.

Waqt li l-istil tal-bidu tal-karriera tagħha kien jixbaħ ħafna 'l ta' missierha, bilmod addottat l-istil tal-Carracci, b'kolorazzjoni qawwija kważi Venezjana. Ġiet eletta membru tal-Accademia di San Luca ta' Ruma, u mietet f'dik il-belt fil-11 t'Awwissu tal-1614.

Fid-dokumenti nsibu 'l fuq minn 100 xogħol imsemmi, imma ffirmati u bid-data hemm 32 biss li nafu bihom illum. Hemm 25 li jistgħu jiġu attribwiti lilha u hekk nistgħu ngħidu li hi l-pittriċi ta' qabel l-1700 li nafu bl-ikbar numru ta' xogħlijiet tagħha. Jista' jkun li Sofonisba Anguissola kellha influwenza fuq il-karriera tagħha.

Xogħlijiet ewlenin

[immodifika | immodifika s-sors]
Lavinia Fontana, Minerva qiegħda tilbes, 1613, żejt fuq it-tila, Galleria Borghese, Ruma
  • Awtoritratt iddoqq spinetta ma' qaddejja (1577) - Accademia Nazionale di San Luca, Rome
  • Konsagrazzjoni tal-Madonna, - Musée des Beaux-Arts, Marsilja, oriġinalment fil-Kappella Gnetti, Santa Maria dei Servi, Bolonja
  • Ritratt ta' Sinjura b'kelb tas-salott (c. 1595) - Walters Art Museum, Baltimore
  • Ritratt ta' Gerolamo Mercuriale (c. 1587-1590) - Walters Art Museum, Baltimore
  • Noli me tangere (1581) - Uffizi, Firenze
  • Assunzjoni tal-Madonna mal-Qaddisin Pietru Krisolgu u Kassjanu (1584) - Palazzo Comunale, Imola
  • Ritratt tal-Familja Coozzadini (1584) - Pinacoteca Nazionale, Bolonja
  • Sagra Familja (1589) - El Escorial, Madrid
  • It-twelied tal-Madonna - Santissima Trinità, Bolonja
  • Ritratt ta' Koppja (1580–1585) - Cleveland Museum of Art, Cleveland
  • Depożizzjoni (1581) - Cornell Fine Arts
  • Ġesù fost l-Għorrief - Parti mill-Misterji tar-Rużarju fil-Kappella tar-Rużarju fil-Bażilika ta' San Duminku, Bolonja
  1. Murphy, C: Lavinia Fontana: A Painter and Her Patrons in Sixteenth-century Bologna, (Lavinia Fontana: Pittriċi u l-Patruni tagħha f'Bolonja tas-Seklu 16), paġna 30. Yale University Press, 2003.

Bibljografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Whitney Chadwick , Women, Art, and Society, (In-nisa, l-Arti u s-Soċjetà), Thames and Hudson, Londra 1990
  • Paula Findlen, The Italian Renaissance (Ir-Rinaxximent Taljan), ISBN-10: 0631222839, ISBN-13: 978-0631222835, Wiley-lackwell, 2002
  • Delia Gaze, Concise Dictionary of Women Artists, (Dizzjunarju fil-Qosor tal-Artisti Nisa), ISBN-10: 1579583350, ISBN-13: 978-1579583354, Routledge, 2001
  • Anne Sutherland Harris, Linda Nochlin, Women Artists: 1550-1950, (Artisti Nisa: 1550-1950), Los Angeles County Museum of Art, New York 1976
  • Francis P. Smyth, John P. O'Neill The Age of Correggio and the Carracci: Emilian Painting of the 16th and 17th Centuries, (L-età ta' Gorreggio u l-Carracci: Pittura Emiljana tas-Sekli 16 u 17), paġni 132–136, National Gallery of Art, Washington DC 1986
  • C.P. Murphy Lavinia Fontana: A Painter and Her Patrons in Sixteenth-century Bologna, (Lavinia Fontana: Pittriċi u l-Patruni tagħha f'Bolonja tas-Seklu Sittax), ISBN-10: 0300099134, ISBN-13: 978-0300099133, Yale University Press, New Haven and London, 2003
  • Morten Steen Hansen, Joaneath Spicer, edituri. Masterpieces of Italian Painting, (Kapulavuri tal-Pittura Taljana), The Walters Art Museum, Baltimore and London 2005