Aqbeż għall-kontentut

Ruġġieru I ta' Sqallija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Konti Ruġġieru)
Ruġġieru I ta' Sqallija
Ħajja
Twelid Hauteville-la-Guichard (en) Translate, 1031
Nazzjonalità County of Sicily (en) Translate
Mewt Mileto (en) Translate, 22 Ġunju 1101
Post tad-dfin Calabria
Familja
Missier Tancred of Hauteville
Omm Fressenda of Hauteville
Konjuga/i Judith d'Evreux (en) Translate  (1061 (Gregorian) -
Eremburga of Mortain (en) Translate  (1077 (Gregorian) -
Adelaide del Vasto (en) Translate  (1089, 1087 (Gregorian) -  1101)
Ulied
Aħwa
Tribù Hauteville family (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni sovran
Servizz militari
Iġġieldu Siege of Amalfi (en) Translate

Ruġġieru I ta' Sqallija (1031-1101), li kien l-iżġħar iben ta' Tankredi ta' Hauteville fi Franza.

Goffredu Malaterra, is-segretarju u bijografu ta' Ruġġieru I, kiteb fuq il-Konti Ruġġieru hekk: "Kien żaġħżuġħ mibni sabiħ u għaref fil-kliem u l-pariri li jagħti, iħares lejn il-futur, u gwerrier qalbieni."

Ruġġieru u ħuh Robert Giscard, bħala gwerriera u espansjonisti tas-saltna tagħhom, kienu ilhom jattakkaw u jaħkmu belt wara l-oħra fl-Italja, sakemm, fl-1055 waslu fl-Italja ta' Isfel. Wara li fl-1057 kienu  attakkaw u ħakmu lill-ħakmu l-Kalabrija fl-105hom il-ħsieb li jaqsmu l-istrett ta' Messina u jinvadu lil Sqallija. Dak iż-żmien, din il-gżira kienet immexxija mill-Għarab Musulmani, waqt li l-popolazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira magħmula minn Insara Biżantini Griegi. Sa dan iż-żmien, il-kbarat Għarab kienu saru indipendenti mis-sultan ta’ Tunis. F'Mejju 1061, l-aħwa de Hauteville, Robert u Roger, qasmu minn Reggio għal Messina biex jibdew jaħkmu partijiet mit-teritorju Sqalli. F'Ġunju 1063, Ruġġieru għeleb armata Musulmana fil- battalja ta' Cerami. Fl-1068, kiseb rebħa oħra fil-battalja ta' Misilmeri. F’Jannar tal-1072, l-aħwa ħadu taħt idejhom Palermo. Ħafna mis-suċċessi militari ta’ Robert kienu dovuti għall-appoġġ ta’ ħuh Ruġġieru. F’dan il-punt, Robert Guiscard, bħala sużeran, investa lil ħuh Ruġġieru bħala Konti ta' Sqallija. Robert żamm Palermo, nofs Messina, u l-parti tal-Grigal (il-Val Demone).

Fl-1085, Ruġġieru beda bil-mod il-mod jaħkem partijiet oħra ta' Sqallija, waħda wara l-oħra, f’kampanja militari kontinwa li baqgħet sejra għal bosta żmien b’konkwista wara l-oħra. F’Marzu 1086, Sirakusa ġiet mirbuħa, u fi Frar 1091, Noto. B’hekk wieħed jista’ jgħid li issa, Sqallija kollha kienet taħt il-ħakma tan-Normanni. Il-ħakma ta’ Ruġġieru fi Sqallija saret aktar assoluta u libera minn dik ta’ Robert Guiscard fl-Italja. Barra minn hekk, minħabba l-immigrazzjoni mill-Lombardi u n-Normanni, il-Kristjaneżmu Latin gradwalment issostitwixxa t-twemmin tat-tradizzjoni Biżantina Griega.

Matul il-ħakma tiegħu Ruġġieru, bħala kap suprem, sar ukoll il-’mexxej’ tal-knisja Nisranija ta’ Sqallija. Il-Papa, kien bi pjaċir kbir irrikonoxxa lil Ruġġieru b’dan it-titlu, minħabba li dan kien irnexxielu jaħtaf ill-Sqallija minn mexxejja ta’ twemmin Musulman u tar-rit Biżantin. Fl-1098, il-Papa ta lil Ruggieru u lill-eredi tiegħu l-Legat Apostoliku ta’ Sqallija. Ruġġieru ħoloq isqfijiet tar-rit Latin, f'Sirakusa, Girgenti u bnadi oħra, hu kellu s-setgħa li jinnomina lill-isqfijiet il-ġodda, filwaqt li biddel l-Arċisqof ta' Palermo f'sede tad-djoċesi.

Fl-istess ħin, il-Konti Ruġġieru, żamm fit-tmexxija tiegħu sens ta’ tolleranza lejn dawk il-popli ta’ twemmin ieħor, bħal ma kienu l-Griegi Ortodossi u l-Għarab Musulmani. Saħansitra, Ruġġieru anki għen finanzjarjament il-bini ta ' aktar minn tnax-il monasteru Grieg fir-reġjun ta' Val Demone. Fl-ibliet, il-Musulmani, kienu kisbu dawn l-istess drittijiet u żammew il-moskej tagħhom, u l-libertà tal-kummerċ. Biss l-istatus tagħhom issa kien sar dak ta’ servi. Paradossalment, Ruġġieru kien ġabar il-massa tal-infanterija tiegħu mill-poplu Musulman.  Sant Anselmu jgħid li meta żar lill-Konti Ruġġieru waqt l-assedju ta’ Kapua, fl-1098, innota “numru kbir ta’ tined kannella tal-Għarab”. Fl-istess żmien, il-Lombardi u nies oħra mill-Italja ta’ Fuq kienu bdew jimigraw lejn in-Nofsinhar tal-Italja u Sqallija. Dan it-taħliet ta’ nies kompla naqqas il-qawwa u l-influenza Għarbija Musulmana fi Sqallija.

Konti Ruġġieru u Malta

[immodifika | immodifika s-sors]

Jeżistu bosta leġġendi dwar il-miġja tal-Konti Ruġġieru f’Malta. Fost dawn il-leġġendi hemm dik li tgħid li l-Konti Ruġġieru żbarka bl-armata tiegħu f’Miġra l-Ferħa, sisien li huma impossibbli li wieħed jitla’ magħhom mil-livell tal-baħar. Skont xi wħud, il-Konti Ruġġieru feda l-poplu Nisrani Malti mill-ħakma Għarbija Musulmana. Illum nafu li l-Insara li kien hawn f’Malta dak iż-żmien kienu x’aktarx barranin u meqjusa bħala lsiera. Fil-parti l-kbira tagħha, il-popolazzjoni ta’ Malta kienet Musulmana. Leġġenda oħra tgħid li l-Konti Ruġġieru rregala parti mill-kuluri tal-bandiera tiegħu lill-poplu Malti. Ħafna jsostnu li kien il-Konti Ruġġieru li reġa’ saħħaħ il-Kristjaneżmu f’Malta u anki stabbilixxa l-isqfijiet Insara wara ż-żmien tal-jasar Musulman. Ħafna minn dawn l-istejjer ġew mogħtija xeħta fattwali mill-ewwel kittieba tal-istorja ta’ Malta, fosthom Ġan Anton Vassallo (Storia di Malta, 1854). Nistgħu ngħidu li l-Konti Ruġġieru spiċċa elevat bħala l-aktar feddej importanti tal-Maltin wara San Pawl, tant li sa ftit żmien ilu fil-Katidral tal-Imdina, kull 4 ta’ Novembru, kien isir talb għal ruħu. Fir-Rabat, wieħed mill-każini tal-banda hu msemmi għall-Konti Ruġġieru. Fil-Birgu, fl-1990 kienu saru tifkiriet mit-twaqqif tal-parroċċa għax, skont bosta, kien mal-wasla ta’ dan il-gwerrier li l-Birgu kien sar parroċċa.

Illum nafu li wara li żbarka f’Malta, dan ġiegħel il-mexxeja tal-gżira juru l-alleanza tagħhom lejh, u wara salpa immedjatament lejn Għawdex u dlonk irritorna lejn Sqallija. Fil-ftit żmien li l-Konti Ruġġieru dam f’Malta ma biddel xejn mill-amministrazzjoni u l-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin.

Leġġenda Maltija tgħid kif meta niżel l-art il-Konti Ruġġieru sab xi Maltin jilqgħuh u li riedu jgħinuh jikseb il-gżejjer u talbuh jagħtihom bandiera. Il-Konti qabad l-istandard tieghu li jingħad li kien jikkonsisti f'kaxxi bojod u ħomor, qasam biċċa minnu u rregalaha lil Maltin. Dan mhu minnu xejn. Jingħad ukoll li dak ir-raġel li ħa l-bandiera kien jismu Ben Said. Fir-Rabat il-banda tas-Soċjetà Mużikali ta' San Pawl hi msemmija għall-Konti Ruġġieru.

Ruggieru miet fit-22 ta’ Ġunju 1101, f’Mileto, fl-Italja ta' Isfel, u ġie midfun fl-Abbazija Benedittina tas-Santissima Trinità. Mal-mewt ta’ Ruggieru, ibnu, Simon ta’ Hauteville, sar il-Konti ta’ Sqallija, b’ommu, Adelaide del Vasto, taġixxi bħala r-reġent tiegħu. Fit-28 ta’ Settembru 1105, fl-età ta’ 12-il sena, Simon miet, u t-titlu ta’ konti għadda lil ħuh iż-żgħir, Roger, li iventwalment sar Ruġġieru II ta’ Sqallija, b’Adelaide tkompli bħala reġent.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Cassar Carmel, Society, Culture and Identity in Early Modern Malta.
  • Chiarelli Leonard C., A History of Muslim Sicily. Midsea Books. 2010.
  • Dalli Charles, Malta - The Medieval Millennium. Midsea Books Ltd. 2006.
  • Vassallo G.A., Storja ta’ Malta ta’ Ġ.A. Vassallo, 1862;
  • Wettinger Godfrey, ‘The Norman Heritage of Malta’,Treasures of Malta, Summer 1995, Vol. 1 n. 3.