Aqbeż għall-kontentut

José Iraragorri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
José Iraragorri
Informazzjoni personali
Isem sħiħJosé Iraragorri Ealo
Twelid16 ta' Marzu 1912(1912-03-16)
BasauriSpanja
Mewt27 ta' April 1983 (71 sena)
Galdako
Tul1.78 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1929–1936Athletic Bilbao
1938–1939Club Deportivo Euzkadi
1939–1941San Lorenzo
1943–1946Real Club España
1946–1949Athletic Bilbao
Tim nazzjonali
1931–1936Spanja
Timijiet ikkowċjati
1947–1948Barakaldo
1949–1952Athletic Bilbao
1952–1953Real Valladolid
1953–1954Celta de Vigo
Hércules
Indautxu

José Iraragorri Ealo (twieled fis-16 ta' Marzu 1912 – miet fis-27 ta' April 1983) kien plejer u kowċ tal-futbol Spanjol. Mat-tim nazzjonali Taljan hu rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1934 fejn kienet it-tieni l-aqwa skorer b'erba' gowls, fosthom il-gowl fil-ħin barrani fil-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja.

Imlaqqam El chato de Galdácano[1] Iraragorri beda l-karriera tiegħu ta' sittax-il sena ma' Athletic Bilbao. Fl-1929, beda jifforma parti mill-ewwel tim u kien parti mit-tim li fl-istaġun 1929–30 għamel id-doppjetta tal-kampjonat (mingħajr telfa) u t-Tazza tar-Re, flimkien mal-ikoni Lafuente, Bata, Chirri II u Gorostiza.[2][3] Taħt il-gwida tal-Ingliż Fred Pentland, Athletic reġgħu għamlu d-doppjetta s-sena ta' wara. Fil-ħames staġuni ta' wara hu rebaħ erba' titli oħra nazzjonali, inklużi żewġ kampjonati u żewġ Tazez.

Meta faqqgħet il-doppjetta, hu ngħaqad mat-tim Bask li kkompeta fl-Ewropa u l-Messiku.[4][5] Fl-1939, telaq flimkien ma' Isidro Lángara u Ángel Zubieta u ssieħeb mat-tim Arġentin ta' San Lorenzo. Wara sentejn, ingħaqad ma' Real Club España, tim ieħor Messikan li magħhom qatta' seba' snin magħhom.[6]

Fl-1946 irritorna ma' Athletic u magħhom temm il-karriera ta' professjonist fl-1949, li fihom skorja 179 gowl f'għaxar staġuni mal-klabb Bask.[7]

Tim nazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Mat-tim nazzjonali Spanjol, Iraragorri lagħab seba' darbiet. Iddebutta ta' dsatax-il sena fid-19 ta' April 1931 fi dro ta' mingħajr gowls kontra l-Italja. Fit-tieni logħba tiegħu skorja l-ewwel gowl ta' Spanja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja fir-rebħa ta' 3–1 kontra l-Brażil fl-ewwel fażi tat-Tazza tad-Dinja tal-1934.[8]

Waqt li kien plejer ta' Athletic, għall-istaġun 1947–48, hu mexxa lit-tim ta' Barakaldo.[9] Meta rtira ta' 37 sena, hu tpoġġa fit-tmun tal-Ahtletic fejn baqa' hemmhekk għal tliet snin. Magħhom rebaħ it-Tazza tar-Re u t-Tazza Eva Duarte. Aktar tard ħa f'idejh lil Real Valladolid u Celta de Vigo, fejn rebaħ il-Copa Federación ma' tal-ewwel.[10]

Atletico Bilbao
Real Club España
  1. ^ "Discrepo por completo de los que creen en la baja forma del fútbol español" (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1956-05-17.
  2. ^ "History 1928–1937" (bl-Ingliż). Athletic Bilbao. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-04.
  3. ^ Radnedge, Keir (1977-08-01). "The history of Athletic Bilbao 1898–1936" (bl-Ingliż). In Bed With Maradona.
  4. ^ "La Selección de Euzkadi 1937-1939. Su historia contada desde México" (bl-Ispanjol). About Basque Country. 2013-02-08.
  5. ^ "Cuando Euzkadi conquistó México - Panenka" (bl-Ispanjol). Panenka. 2017-01-24.
  6. ^ "Carta de Méjico" (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1955-03-13.
  7. ^ "Jose Iraragorri" (bl-Ispanjol). Athletic Club.
  8. ^ SA, Baigorri Argitaletxea (2014-06-15). "El Chato de Galdakao" (bl-Ispanjol). GARA.
  9. ^ "Entrenadores" (bl-Ispanjol). Barakaldo CF. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-03-19.
  10. ^ "Iraragorri, José Iraragorri Ealo - Entrenador" (bl-Ispanjol). BDFutbol.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]