Joseph Spiteri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-Isqof Joseph Spiteri (Ħal-Luqa, 20 ta' Mejju 1959) huwa Nunzju Appostoliku għar-Repubblika tas-Sri Lanka.

Bin Ernest, Supretendent fil-Korp tal-Pulizija u Emanuela mwielda Cassar, Joseph kien l-ewwel tifel minn ħamest aħwa: żewġ subien u tlett ibniet.

Studju[immodifika | immodifika s-sors]

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa kif ukoll is-Seminarju Minuri fl-1976. Studja fis-Seminarju Maġġuri tal-Virtù' fir-Rabat Malta. Kien ordnat saċerdot fid-29 ta' Ġunju 1984 minn Mons Ġużeppi Mercieca, Arċisqof ta' Malta.

Wara li serva għal ftit xhur iservi fil-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar, Joseph Spiteri intbagħat ikompli l-istudji tiegħu fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f'Ruma li huwa kulleġġ fejn jingħataw taħriġ id-diplomatiċi tal-Vatikan. Wara erba' snin studju ħa d-Dottorat fid-Dritt Kanoniku mill-Università Pontifiċja ta' San Tumas t'Aquino magħruf bħala l-Angelicum.

Ħidma Diplomatika[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala l-ewwel 'posting' tiegħu fid-Diplomazija vatikana, ntbagħat fil-Panama fejn hemmhekk kien hemm bħala Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Mons Josè Sebastian Laboa li wara kien maħtur bħala Nunzju Appostoliku għal Malta. Fi żmienu saret l-invażjoni minn truppi Amerikani fil-Panama.

Wara intbagħat iservi fl-Iraq, fil-Ġordan, fil-Messiku, fil-Portugall u fil-Greċja.

Fl-2004 irritorna lejn l-Amerika Latina fil-Veneżwela, sakemm fl-2009 beda jagħti s-servizzi tiegħu fis-Segreterija tal-Istat tal-Vatikan.

Fl-2009 inħatar Nunzju Appostoliku għar-Repubblika ta' Sri Lanka (qabel magħrufa bħala Ceylon), mill-Papa Benedettu XVI, li ħatru wkoll bħala Arċisqof Titulari ta' Serta.

Fl-2013 inħatar Nunzju Appostoliku għall-Kosta tal-Avorju.

Mons Spiteri jistqarr li l-vokazzjoni tiegħu jafha lill-familja tiegħu iktar u iktar lill-ġenituri tiegħu, il-parroċċa li fiha trabba u għex, is-soċjetà' tal-MUSEUM kif ukoll is-Seminarju.