Jon Lukas

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jon Lukas
Ħajja
Isem propju Frank Agius
Twelid Raħal Ġdid, 11 Settembru 1948
Nazzjonalità Malta
Mewt 11 Ġunju 2021
Kawża tal-mewt  (kanċer tal-pulmun)
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Strument/i tal-mużika vuċi

Jon Lukas, magħruf bħala Woodenman, (11 ta' Settembru 1948 - 11 ta' Ġunju 2021) kien kantant u mużiċist Malti minn Raħal Ġdid, Malta. Huwa kien l-ewwel kantant soloista fl-istorja tal-mużika Maltija li kiseb suċċess f'klassifika tad-diski pop barra mill-pajjiż. Huwa kiseb ċertu popolarità f’numru ta’ pajjiżi wara li firma kuntratt ma' kumpanija ewlenija tad-diski globali.[1]

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Id-diska ta' Lukas Can't Afford To Lose, komposta minn Gary Benson, maħruġa fl-1970, kisbitlu suċċess internazzjonali.[2] Minbarra li waslet fl-aqwa 40 fiċ-charts fir-Renju Unit u xi territorji Ewropej oħra, Can't Afford To Lose okkupa l-ewwel post fil-pop charts fil-Libanu għal xahar sħiħ, fejn żammet lura d-diska The Long u Winding Road ta' The Beatles milli tilħaq l-ewwel post f'dik il-klassfika.[3]

Fl-1993, Jon, akkumpanjat minn Marita, ikklassifika fit-tieni post fil-Malta Song Festival ta' dik is-sena bil-kompożizzjoni tiegħu stess Żommni u Għannaqni. Din kienet l-ewwel darba li Jon kanta bil-Malti. Il-verżjoni Ingliża ta’ din il-kanzunetta, bl-isem ta' The Love We Share, ġiet prodotta mill-produttur tal-mużika Indjan-Ingliż Biddu.[1]

Fl-1998, Lukas għaqqad il-grupp Woodenman. Huma rrekordjaw album li kiseb popolarita sew fuq is-servizz online Peoplesound matul Awwissu tal-1992. Huma kellhom gigs f'Barċellona u f'Madrid.[4] Meta xoljew, huwa nkorpora l-isem tal-grupp f'ismu u sar magħruf bħala Jon Lukas Woodenman.

Fil-15 ta' April 2009 Jon beda programm tar-radju bl-isem ta' Woodenman's Jukebox fuq One Radio ta' Malta. Wara li spiċċa minn fuq ir-radju f'Malta, dan il-programm kompla fuq Channel Radio tar-Renju Unit. 

Fis-sajf tal-2008, Marc Storace tal- Krokus ta ġieħ lil Lukas billi kanta Can't Afford to Lose waqt kunċert f'Għawdex, fejn Lukas issorprenda lill-udjenza meta ħareġ ikanta l-aħħar nofs tal-kanzunetta ma' Storace.[5]

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

Isem Sena Tikketta u

Record ID

Can't Afford to Lose / Can’t Make You Mine 1970 Columbia (DB 8736)
This Time / Summer Sun 1972 Satril (SAT 3)
Fleur / Now That You’re Gone 1974 ZINA (Z 100)
Love / She’s A Girl 197? Anthony D’Amato (A.D. 6044)
It Doesn’t Really Matter Now / Johnny There’s a Message For You 197? Centre - (RC 1013 42)
Żommni u Għannaqni / The Love We Share (With Marita) 1993 Cassette - Malta Song For Europe 1993
My Time (Woodenman) 1998 Digital Download
Far Away (orchestrated version) (acoustic version) 2007 Digital Download
Better Man 2007 Digital Download
Never Go Away (original version) (Scott Walker CodeRed Mix) 2011 Digital Download
Theme from Xablott 2012 Digital Download
Ain't No Mountain (Tribute to Marvin Gaye) 2012 Digital Download
Bad News 2013 Digital Download
Older-Better? (Original & Live Version) 2014 Digital Download
Regent Street (Lyndsay ft.Jon Lukas Woodenman) 2014 Digital Download

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "Jon Lukas Woodenman - M3P". www.m3p.com.mt. Miġbur 2021-06-11.
  2. ^ Michael Bugeja, “A Word With Woodenman”, The Times Of Malta, 16 June 2013, page 45
  3. ^ "Jon Lukas, singer of hit song 'Can't Afford to Lose' dies aged 72". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-11.
  4. ^ Stanley Borg,The Times, Weekender, 15 February 2013, page 6
  5. ^ The Malta Independent On Sunday, 20 July 2008, page 28

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]