Johanna von Puttkamer
| Johanna von Puttkamer | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Isem propju | Johanna Friederike Charlotte Dorothea Eleonore von Puttkamer |
| Twelid |
Wiatrołom (en) |
| Nazzjonalità | Renju tal-Prussja |
| Mewt |
Warcino (en) |
| Post tad-dfin |
Bismarck Mausoleum (en) Warcino (en) |
| Familja | |
| Missier | Heinrich von Puttkamer |
| Omm | Luitgarde von Glasenapp |
| Konjuga/i | Otto von Bismarck |
| Ulied | |
| Tribù |
Puttkamer (en) |
| Edukazzjoni | |
| Lingwi | Ġermaniż |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni | aristokratiku |
Johanna Friederike Charlotte Dorothea Eleonore von Puttkamer (twieldet fil-11 ta' April 1824 – mietet fis-27 ta' Novembru 1894) kienet nobbli Prussjana, mart il-Kanċillier Ġermaniż Otto von Bismarck.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Johanna kienet l-unika tifla fost familja aristokratika ddominata minn kultura ta' konservattiżmu Protestant. Il-ġenituri tagħha, Heinrich von Puttkamer (1789–1871) u Luitgarde Agnes von Glasenapp (1799–1863), iżżewġu fl-1 ta' Diċembru 1819 ġewwa Gramenz.
Nhar il-21 ta' Diċembru 1846, Otto von Bismarck bagħat ittra lil missier Johanna sabiex jitlob il-permess li jiżżewwiġha. Iż-żwieġ seħħ f'Kołczygłowy, qrib Reinfeld, fit-28 ta' Lulju 1847. Huma kellhom tliet itfal: żewġ subien, Herbert (1849–1904) u Wilhelm (1852–1901), u tifla waħda, Marie (1848–1926)
Wara l-mewt tagħha, Bismarck irranġa sabiex il-mara tiegħu tindifen fil-post fejn mietet, fejn it-tnejn qattgħu diversi sjuf u xtiewi flimkien. Kamra żgħira fil-ġnien, li kien il-punt favorit tagħha, ġie rranġat sabiex isir post ta' dfin. Aktar tard, il-ġisem tagħha ġie trasferit lejn Friedrichsruh fejn indifnet biswit ir-raġel tagħha.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Johanna von Puttkamer (Johanna von Puttkamer) |