Herbert von Bismarck

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Herbert von Bismarck

Nikolaus Heinrich Ferdinand Herbert von Bismarck (Berlin, 28 ta' Diċembru 1849Friedrichsruh, 18 ta' Settembru 1904) kien politiku Ġermaniż.

Imweield f'Berlin, hu kien l-aħħar tifel tal-Kanċillier Otto von Bismarck u l-mara tiegħu Johanna, née von Puttkamer. Hu kellu oħtu ikbar minnu, Marie (t. 1847), u ħuh iżgħar minnu, Guljelmu (t. 1852). Hu ġġieled fil-Gwerra Franko-Prussjana, fejn sofra minn ġerħa f'saqajh ix-xellugija wara li ntlaqat minn balla f'attakk fil-Battalja ta' Mars-la-Tour. Hu ngħaqad mas-servizz diplomatiku fl-1874 skont ix-xewqa ta' missieru.

Hu xtaq li jiżżewweġ lill-Prinċipessa Elisabeth von Carolath-Beuthen fl-1881, imma missieru ma ħalliehx jagħmel dan il-pass, l-ewwel minħabba li kienet Kattolika divorzjata u t-tieni minħabba li kienet għaxar snin ikbar minn Herbert. Il-Kanċillier sforza lit-tifel bil-biki, b'rikatti u b'theddid biex ma jirtux u dan għamlu billi kkonvinċa lill-Kaiser Guljelmu I ibiddel l-istatuti fuq il-primoġenitura. Din l-esperjenza kissret lil Herbert fejn beda jirrikorri lejn ix-xorb. Fil-21 ta' Ġunju, 1892, ġewwa Vjenna hu żżewweġ lill-Kontessa Marguerite Hoyos, neputija ta' Robert Whitehead, l-inventur tat-torpidow. Flimkien kellhom ħamest itfal.

Hu daħal fis-servizz ċivili fl-1874 u waqt li misieru kien Kanċillier hu ġie promoss lejn il-pożizzjoni ta' Sottosegretarju fl-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin. Fl-1886 ġie maħtur Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin. Fl-1890, wara r-riżenja ta' missieru, Herbert ukoll irriżenzja minn Segretarju tal-Istat.

Hu miet fi Friedrichsruh.