Joe Grima

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Joe Grima
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Żejtun, 4 Frar 1936
Nazzjonalità Malta
Mewt Sptar Mater Dei, 3 Frar 2017
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist
politiku
xandar
xandar

Joe Grima (Żejtun, 4 ta' Frar 1936 - 3 ta' Frar 2017) kien xandar u Ministru tal-Industrija u tat-Turiżmu fis-snin tmenin fi żmien Gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff.

Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fi Stella Maris College u St Michael's Training College. Għamel ftit żmien jaħdem bħala għalliem.

Xandir[immodifika | immodifika s-sors]

Beda bħala reporter mat-Times of Malta u iktar tard sar foreign news sub-editor.

Bejn l-1957 u l-1960 kien jikteb drammi u dokumentarji għar-Rediffusion.

Fl-1961, ingħaqad mar-Rediffusion Company u ta sehmu f'diversi programmi.

Fl-1971, Grima nħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir fis-snin sebgħin, qabel ma daħal fil-politika.

L-40 sena karriera fix-xandir kienet tvarja minn programmi fuq ir-Rediffusion, Radju Malta, Live FM (stazzjon tar-radju mwaqqaf minnu fl-1992) u aktar tard fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista.

Fuq NET TV, mill-1999 'il quddiem ippreżenta Protagonisti, JoeGrimaLive u Opinjonisti.

Fl-2009 huwa reġa' resaq lejn il-Partit Laburista u beda jippreżenta Inkontri fuq ONE.

Politika[immodifika | immodifika s-sors]

Ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali tal-1976 f'isem il-Partit Laburista u tela' b'elezzjoni każwali. Mintoff ħatru bħala l-mibgħut speċjali tal-Gvern f’Affarijiet Barranin. Hawnhekk Grima kien strumentali biex jinnegozja ftehim wara l-ieħor favur l-interessi ta’ Malta.

Reġa' tela' fl-1981, u Mintoff ħatru Ministru tal-Industrija, u fl-1983 Ministru tat-Turiżmu.

L-aħħar elezzjoni li kkontesta kienet dik tal-1992. Huwa kien kritiku lejn it-tmexxija ta' Alfred Sant.

Fl-aħħar snin, Joe Grima, wara l-Elezzjoni tal-2013, serva bħala l-mibgħut speċjali ta’ Malta għall-Organizzazzjoni Dinjija għat-Turiżmu. Huwa ħalla din il-kariga f’Mejju 2016 minħabba kummenti kontroversjali dwar is-Sindku ta’ Londra.