Joe Cutajar
Joe Cutajar | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 27 Jannar 1941 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Marzu 2024 |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Malti Ingliż Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kantant drummer |
Joe Cutajar (27 ta' Jannar 1941 – 7 ta' Marzu 2024) kien kantant u mużiċist Malti.
Huwa kellu karriera twila fix-xena mużikali lokali, iżda huwa magħruf l-aktar għall-parteċpazzjoni tiegħu fil-Eurovision Song Contest 1972 bil-kanzunetta L-imħabba, fi dwet ma' Helen Micallef.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Minn ċkunitu kien spiss ikunu mal-banda ta’ zijuh Oscar Lucas u eventwalemen ta’ Vinny Vella u Val Valente ukoll. L-ewwel esperjenza tiegħu bħala mużiċist kienet fil-Kenner Club fil-Belt Valletta, meta d-drummer residenti telaq lejn l-Ingilterra u Joe sab postu minfloku. F’qasir żmien Joe kiseb isem għalih innifsu u ntgħażel biex jiftaħ it-Tropicana Club fi Blata l-Bajda. Madwar sena beda jkanta fil-Palm Beach Nightclub ta’ Baħar Iċ-Ċagħaq.[1]
Fl-1959 għamel perjodu qasir apprentista bħala mekkanik.[2]
Apparti l-mużika Cutajar kien iħobb ukoll il-futbol u kien jilgħab mal-Valletta City, Ħamrun Spartans, Żurrieq u s-St. George’s ta’ Bormla.[1]
Popolarità bħala kantant
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1966 Joe Cutajar għamel tour ta’ xahrejn f’Londra ma’ zijuh Oscar u l-banda tiegħu.[1]
Joe Cutajar ipparteċipa fil-Malta Song Festival 1969, fejn rebaħ il-premju għall-aqwa kantant, u fil-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 1984 rebaħ l-ewwel premju bil-kanzunetta Messaġġ ta’ Sliem.
Fl-1972 ġie magħżul biex jirrappreżenta lil Malta fil- Eurovision Song Contest f'dwet ma' Helen Micallef. Il-kanzunetta tagħhom, L-imħabba, kienet rebħet il-Malta Song Festival ftit xhur qabel, oriġinarjament kantata minn Carmen Vella u Mary Rose Mallia. Fil-finali tal-Eurovision, li saret fil-25 ta' Mejju 1972 f'Edinburgh, huma ġew fl-aħħar post minn 18-il parteċipant bi 48 punt.[3]
Fl-1982 kien fost il-kast ta' kantanti fil-verżjoni oriġinali tar-rock opera Ġensna.[4]
Huwa kanta ukoll waqt żewġ edizzjonijiet tal-Malta Jazz Festival fl-1997 ma' Tony Camilleri u fl-2004 mal-banda ta' Paul Abela.[2]
Fl-2021 Cutajar kien mistieden waqt il-festival Mużika Mużika fejn waqt is-Serata tal-Klassiċi u ngħaqad ma’ Michela Galea għall-kanzunetta mir-repertorju tiegħu, Dejjem Għal Xulxin.[1]
Ħajja personali u Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Joe Cutajar kien miżżewweġ lil Hilda.[5] Huma kellhom tlett itfal, Simon, Liza, u Manolita.[6]
Cutajar miet fl-età ta' 83 sena, nhar il-Ħamis 7 ta' Marzu 2024.[4] Il-funeral tiegħu sar is-Sibt 9 ta’ Marzu fit-8.30am fil-Knisja ta’ San Duminku fil-Belt Valletta.[7]
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]Albums
[immodifika | immodifika s-sors]- 1977 - This Is Cutajar (Sunray)
- 1997 - Ftakar (KTA) - cassette + CD
Singles
[immodifika | immodifika s-sors]Ma' Helen Micallef (bħala Helen & Joseph)
[immodifika | immodifika s-sors]- 1972 - L-imħabba (Rediffusion)
Ma' the Falconiers u l-Incorvia Twins
[immodifika | immodifika s-sors]- 1977 - It's Take Off Time / X'Fettiillek Tlaqt (Riviera Records)
- 1977? - Ftakar/Kantaw Magħna (Center Records)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Zammit, Frederick (27 Jannar 2024). "Jagħlaq snin l-kantant Joe Cutajar". Newsbook (bil-Malti).
- ^ a b Catania, Francesco (2024-03-07). "Titħabbar il-mewt tal-kantant Joe Cutajar". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-03-08.
- ^ "Eurovision 1972 Results: Voting & Points". Eurovisionworld (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-08.
- ^ a b "Watch: Singer Joe Cutajar dies, aged 83". Times of Malta (bl-Ingliż). 2024-03-07. Miġbur 2024-03-08.
- ^ Micallef, Gaetano (2024-03-07). "Imut il-kantant Joe Cutajar" (bil-Malti). Miġbur 2024-03-08.
- ^ Zammit, Frederick (9 Marzu 2024). "Joe ferrex l-imħabba kullimkien". Newsbook (bil-Malti).
- ^ Zammit, Frederick (8 Marzu 2024). "Joe Cutajar se jingħata l-aħħar tislima fil-Belt Valletta". Newsbook (bil-Malti).
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Joe Cutajar - diskografija fuq Discogs