Aqbeż għall-kontentut

Mary Rose Mallia

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Mary Rose Mallia
Ħajja
Twelid 1953 (70/71 sena)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur

Mary Rose Mallia, minn Ħaż-Żebbuġ, twieldet fid- 9 ta' Mejju 1953, u hija kantanta u attriċi popolari f'Malta.

Ta' 15-il sena, rebħet il-Festival tal-Kanzunetta Maltija.

Ħadet sehem fi "Split International Song Festival" fil-Jugoslavja u l-"Yamaha Festival of Song" fil-Ġappun.

Fl-1971, irrekordjat kanzunetti li baqgħu magħrufin, b'mużika ta' Maestro Charles Camilleri u kliem tal-poeta Joe Friggieri: It-Tfajla tal-Irdum, Rajt Raġel, Il-Bejjiegħa tal-Ward, Festa u Il-Pont ta' Wied Rummiena.

Fl-2018, ħarġet album msejjaħ "Maryrose Mallia" b'disa' diski bl-ingliż, fosthom: "Wings of a Dove", "The Music in Me", kif ukoll "Forever Young".

Ħadet sehem f'teleserje Maltin popolari fosthom; Simpatiċi, Il-Madonna taċ-Ċoqqa u oħrajn.