Aqbeż għall-kontentut

Jean Zaleski

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Jean Busuttil Zaleski)
Ritratt mill-wirja tal-2019 fi Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta, Malta, ta' artisti minn Malta jew b'rabta ma' Malta. Din id-dehra hija wirja ta' monitor (placard tal-mużew) li tiddeskrivi l-artista u x-xogħol tal-arti - "Untitled (minn Malta: Memories and Explorations 1989-2001)" 2002, midja mħallta fuq l-injam.

Jean Zaleski (imwielda Jean Busuttil, magħrufa ukoll bħala Jean Busuttil Zaleski; Birkirkara, 11 ta' April 1920 – 2 ta' Mejju 2010) kienet artista Maltija li qattgħet ħafna mill-ħajja adulta tagħha fl-Istati Uniti. Ix-xogħol tagħha deher f'diversi wirjiet fl-Istati Uniti u f'Malta.[1]

Jean Busuttil twieldet f'Birkirkara,[2] l-iżgħar fost ħdax-il tfal. Meta kellha 8 snin, flimkien mal-familja tagħha, hija emigrat lejn l-Istati Uniti.

Edukazzjoni u premjijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala artista studjat fl-Istati Uniti f'Moore College of Art and Design ta' Philadelphia, fi New York fi Pratt Institute, fil-Parsons School of Design, u fil-Art Students League. Fl-1986 irċeviet il-Premju "Susan B Anthony" fil-qasam tal-pittura mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għan-Nisa.[3] Fl-1975 ġiet mistiedna mill-President Jimmy Carter fil-White House bħala parti minn delegazzjoni ta' ħames artisti nisa.

Diversi pitturi ta' Zaleski ġew ippreżentati f'wirjiet matul ħajjitha[4] u wara mewtha.[5]

Apparti mill-wirjiet tal-arti, ix-xogħol tagħha deher ukoll f-kotba. Dawn il-pubblikazzjonijiet jaqgħu f'żewġ kategoriji: kotba ta' illustrazzjonijiet u kotba tal-artisti. Ta' spiss il-kotba tagħha ikun fihom mit-tnejn.[6] Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, Cowlines, ktieb artistiku li fih ukoll poeżiji ta' Edwin Honig. Dan il-ktieb artistiku fost l-oħrajn, fih żewġ folji maqgħuda flimkien, maħdum bi 22 paġna fuq kull naħa, qishom pjanu akkordjin. Il-ktieb jista' jinqara bħala ktieb normali jew inkella bħala miftuħ beraħ.

Il-ktieb Winged Spirits:24 contemporary American poets fih bosta collage maħduma minn Zaleski.

  1. ^ Wiki Loves Art 2019 in Malta
  2. ^ Sleeman, Elizabeth (2001). Psychology Press (ed.). The International Who's Who of Women 2002 (bl-Ingliż). ISBN 978-1-85743-122-3.
  3. ^ "Susan B. Anthony Awards Alumni" (bl-Ingliż). NOW-NYC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-10-17.
  4. ^ United States Congress House Committee on Education and Labor Subcommittee on Postsecondary Education, United States Congress House Committee on Education and Labor (1980). U.S. Government Printing Office (ed.). Field Hearings on the Reauthorization of the National Foundation for the Arts and the Humanities Act and the Museum Services Act: Hearings Before the Subcommittee on Postsecondary Education of the Committee on Education and Labor, House of Representatives, Ninety-sixth Congress, Second Session (bl-Ingliż).
  5. ^ "Retrospective exhibition on Jean Busuttil Zaleski" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2020-12-12.
  6. ^ Edwin Honig, Jean Zaleski (1982). Copper Beach Press (ed.). Cow/lines (bl-Ingliż).