Jakob Hurt
| Dan l-artiklu huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Jakob Hurt | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Twelid |
Himmaste (mul) |
| Nazzjonalità | Imperu Russu |
| Mewt | San Pietruburgu, 13 Jannar 1907 |
| Post tad-dfin | ċimiterju ta' Raadi |
| Familja | |
| Ulied |
uri
|
| Edukazzjoni | |
| Alma mater |
Helsingin yliopisto (mul) Università Imperjali ta' Dorpat |
| Lingwi | Estonjan |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
lingwista teologu kittieb arkivist membru tal-kleru |
| Sħubija |
Corporation Livonia (en) |
Jakob Hurt (22 ta' Lulju [S.A. 10 ta' Lulju] 1839 fi Himmaste – 13 ta' Jannar [S.A. 31 ta' Diċembru 1906] 1907 in San Pietruburgu) kien folklorist, teologu, u lingwista Estonjan. Għal-lingwistika, l-iżjed li hu magħruf huwa għat-teżi tiegħu dwar in-nomi staminali "puri" -ne ("Die estnischen Nomina auf -ne purum", 1886).
Magħruf ukoll bħala r-"re tal-folklor Estonjan", Hurt ippjana fis-snin 1870 li jippubblika sensiela ta' sitt volumi msejħa Monumenta Estoniae Antiquae. Hurt organizza madwar 1400 persuna voluntiera permezz ta' kampanja fil-gazzetta biex jgħinuh jiġbru l-materjal. Dawn daru kważi kull dar f'Livonia u ġabru madwar 124,000 paġna ta' folklor. Minħabba diffikultajiet finanzjarji, seta' jippubblika biss żewġ volumi ta' kanzunetti folkloristiċi bejn 1875–76, msejħa Vana kannel (Ċitra Antika). Żewġ volumi oħra ġew ippubblikati fl-1938 u fl-1941. Hurt ippubblika ukoll sensiela ta' tliet volumi msejħa Setukeste laulud (Il-Kanzunetti tas-Seto) bejn l-1894 u l-1907.
Hemm diversi monumenti għalih f'Tartu u f'Põlva. Tartu, Põlva, Otepää u Himmaste għandhom ukoll toroq msemmijin għalih. Deher ukoll fuq in-nota tal-10 krooni.
Sħubija f'organizzazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Jakob Hurt kien alunnu onorarju tas-Soċjetà tal-Istudenti Estonjani.[1]
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Auvilistlased eys.ee
Ħoloq Oħra
[immodifika | immodifika s-sors]| Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Jakob Hurt |