Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa
L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huma Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO magħmul minn ġabra ta' 11-il raħal kbir bi spa (jiġifieri ċentru termali) f'seba' pajjiżi Ewropej.[1] Dawn ġew żviluppati madwar fawwara tal-ilma naturali.[2] Mill-bidu tas-seklu 18 sas-snin 30 tas-seklu 20, il-Punent tal-Ewropa esperjenza żieda fil-kultura tal-ispas, u din wasslet għall-kostruzzjoni ta' ċentri termali elaborati. Dawn spiss kienu jinkludu ġonna, casinos, teatri u vilel madwar il-fawwara u ċ-ċentri termali.[1][3]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt ta' Bath fir-Renju Unit kienet oriġinarjament tniżżlet fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO diġà fl-1987 iżda fuq kriterji oħra (il-kriterji (i), (ii) u (iv)) marbuta iktar mal-aspetti storiċi u arkitettoniċi tar-raħal.[4][5]
L-isforzi biex l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bdew fl-2012, u n-nomina tressqet fl-2019.[6] Fl-24 ta' Lulju 2021, l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa ġew iddeżinjati uffiċjalment bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Ritratt | ID | Pajjiż | Raħal |
---|---|---|---|
1613-001 | Awstrija | Baden bei Wien | |
1613-002 | Belġju | Spa | |
1613-003 | Ċekja | Františkovy Lázně | |
1613-004 | Karlovy Vary | ||
1613-005 | Mariánské Lázně | ||
1613-006 | Franza | Vichy | |
1613-007 | Ġermanja | Bad Ems | |
1613-008 | Baden-Baden | ||
1613-009 | Bad Kissingen | ||
1613-010 | Italja | Montecatini Terme | |
1613-011 | Renju Unit | Bath |
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa: kollezzjoni tal-UNESCO fuq Google Arts and Culture
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Five sites in the Arab and Europe regions inscribed on UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
- ^ "Dokumenti UNESCO".
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Bath". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
- ^ Elgee, Emma (2021-06-07). "Bath another step closer to second World Heritage listing". SomersetLive (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-09.
- ^ "11 European cities nominate The Great Spas of Europe for UNESCO World Heritage List". European Heritage Tribune (bl-Ingliż). 2019-01-30. Miġbur 2022-03-09.