Irħula Antiki ta' Djenné
L-Irħula Antiki ta' Djenné (bl-Għarbi: مدن جنة القديمة, b'ittri Rumani: mudun Janna al-qadīma, bil-Franċiż: villes anciennes de Djenné) huma kumpless arkeoloġiku u urban li jinsab fil-belt ta' Djenné, il-Mali. Jinkludu erba' siti arkeoloġiċi, li huma Djenné-Djeno, Hambarkétolo, Kaniana u Tonomba. Fl-1988 l-erba' rħula tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Abitata mill-250 Q.K., Djenné saret suq ċentrali u kollegament importanti għall-kummerċ tad-deheb trans-Saħarjan. Fis-sekli 15 u 16, il-belt kienet wieħed miċ-ċentri tal-propagazzjoni tal-Iżlam. Id-djar tradizzjonali tal-erba' rħula, li għad hemm madwar 2,000 minnhom, inbnew fuq għoljiet żgħar (toguere) bħala protezzjoni mill-għargħar staġonali.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-Irħula Antiki ta' Djenné ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Towns of Djenné". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-04.