Ilary Blasi
Ilary Blasi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ruma, 28 April 1981 (43 sena) |
Nazzjonalità | Italja |
Familja | |
Konjuga/i | Francesco Totti (2005 - 2022) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
preżentatur televiżiv mudell attur |
Piż | 55 kg |
Għoli | 172 cm |
Ilary Blasi (twieldet fit-28 ta' April 1981) hija preżentatriċi televiżiva Taljana.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Imwielda Ruma fit-28 ta' April 1981, hi ħadet id-diploma fil-liċew xjentifiku. Damet is-snin tgħix Ruma flimkien ma' familtha sakemm aktar tard ittrasferixxiet lejn Milan.
Bdiet il-karriera tagħha meta kellha tliet snin, f'reklam televiżiv flimkien mal-ġenituri tagħha. Meta kellha ħames snin kellha parti fil-film "David and David", u fl-età ta' sitt snin kienet parti mid-direzzjoni tal-film ta' Franco Amurri "Da grande" u "Vizio di vivere" ta' Dino Risi. Fl-1988 ħadmet fil-film "Fiori di zucca" ta' Stefano Pomicia u "La dolce casa degli orrori" fl-1989 ta' Lucio Fulci.
Fl-2001 laħqet ċertu popolarità grazzi għall-programm "Passaparola". Wara bdiet taħdem fl-istazzjon tar-RAI fi programmi bħal "Top of the Pops", "CD Live" u "Che tempo che fa". Fl-2006, ippreżentat il-Festival ta' Sanremo u fis-sajf ta' dik l-istess sena, ippreżentat flimkien ma' Christina Chiabotto u l-Mago Forest il-Festivalbar.
Mill-15 ta' Jannar 2007, bdiet tippreżenta l-programm ta' Italia 1, "Le Iene", flimkien ma' Luca Bizzarri u Paolo Kessisoglu. Mit-13 ta' Settembru 2007 bdiet tikkonduċi, flimkien mal-Mago Forest, "Mai dire Candid", programm ġdid tal-Gialappa's Band.
Ħajja privata
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar id-19 ta' Ġunju 2005, iżżewġet lill-futboler Francesco Totti, u għandhom żewġt itfal: Christian, li twieled f'Novembru tal-2005, u Chanel, li twieldet f'Mejju tal-2007.
Televiżjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- La sai l'ultima? (1999)
- Passaparola (2001–2003)
- Top of the Pops (2003)
- Che tempo che fa (2003–2004)
- CD: Live (2004–2005)
- Festival di Sanremo (2006)
- Festivalbar (2006)
- Le Iene (2007–preżent)
- Mai dire Candid (2007)