Il-Paġna prinċipali
|
Almanakk
X'ġara bħal-lum fl-istorja
3 ta' Ġunju:
- 1098 – L-Ewwel Kruċjata: Antijokja waqgħet f'idejn il-kruċjati wara assedju ta' tmien xhur.
- 1140 – L-istudjuż Franċiż Pietru Abelard instab ħati b'ereżija.
- 1965 – Tvarat Gemini 4: l-ewwel missjoni spazjali ta' iżjed minn ġurnata minn ekwipaġġ tan-NASA. Wieħed mill-ekwipaġġ Ed White sar l-ewwel Amerikan li mexa barra l-vettura spazjali.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1853 – William Matthew Flinders Petrie, Eġittologu Ingliż (d. 1942)
- 1877 – Raoul Dufy, pittur Franċiż (d. 1953)
- 1926 – Allen Ginsberg, poeta Amerikan (d. 1997)
Mietu f'dan il-jum...
- 1657 – William Harvey, tabib Ingliż (b. 1578)
- 1875 – Georges Bizet (stampa), kompożitur Franċiż (b. 1838)
- 1924 – Franz Kafka, kittieb Ċek (b. 1883)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Santa Klotilde u ta' San Karlu Lwanga u sħabu matri tal-Uganda.
Avvenimenti
Ir-raba' edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti qed issir bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2023. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta.
X'inhi l-Wikipedija?
Il-Wikipedija huwa proġett enċiklopediku kollaborattiv, universali, multilingwi u jaħdem abbażi tal-prinċipju wiki. L-għan ewlieni tal-Wikipedija huwa li tipprovdi kontenut ħieles, newtrali u verifikabbli, li kulħadd jista' jimmodifika u jtejjeb.
Il-proġett huwa definit skont il-ħames prinċipji fundamentali. Il-kontenut tiegħu huwa ppubblikat taħt il-liċenzja Creative Commons by-sa u jista' jiġi kkupjat u użat mill-ġdid taħt din l-istess liċenzja – anke għal skopijiet kummerċjali – bil-patt u l-kundizzjoni li dawn jirrispettaw il-kundizzjonijiet.
Parteċipazzjoni
- Trid tipparteċipa? Aqra r-regoli fundamentali u l-linji gwida, u rrispetta l-wikiketta; li tirreġistra huwa rakkomandat imma mhuwiex obbligatorju.
- Tixtieq tipprova? Żur il-paġna tal-provi u aqra kif tibda artiklu.
- Tixtieq tagħti donazzjoni? Il-Wikipedija hija kompletament b'xejn u mingħajr reklami bis-saħħa tad-donazzjonijiet tal-utenti. Għinna ntejbuha u nżommuha ħielsa b'donazzjoni.
- Agħti l-kontribuzzjoni tiegħek fid-diskussjonijiet biex intejbu l-Wikipedija u semma' leħnek fis-sondaġġi li jsiru.
- Iltaqa' mal-Wikipedjani waqt xi avveniment tal-Wikimedia Community Malta jew inkella fil-Pjazza, il-post fejn tista' ssaqsi u tikkummenta dwar l-mt.wiki.

Il-Wikipedija hi mmexxija mill-Fondazzjoni Wikimedia, fondazzjoni mingħajr fini ta' lukru, li tospita proġetti oħra b'kontenut ħieles u multilingwi.
CommonsRepożitorju ta' fajls multimedjali
WikizzjunarjuDizzjunarju u teżawru
WikitbietManwali u kotba ħielsa
WikibarijietFonti tal-aħbarijiet
WikikwotaĠabra ta' kwotazzjonijiet
WikisorsDokumenti ħielsa
WikispeċiDirettorju ta' speċi
WikiversitàMaterjal u attivitajiet għal tagħlim ħieles
WikidataRepożitorju ta' għarfien ħieles
Meta-WikiKoordinazzjoni tal-proġetti Wikimedia
WikivjaġġGwida għall-ivvjaġġar dinji
InkubaturGħal proġetti li għadhom fi stat ta' żvilupp
|