Helen Buhagiar
Helen Buhagiar | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 1888 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 1975 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | suffraġista |
Helen Buhagiar (1888-1975) kienet attivista politika u femminista Maltija.
Kienet ġejja minn familja tat-tajjeb: bint Nicola Buhagiar, maniġer tal-Malta Railway. Kienet magħrufa fix-xena artistika Maltija, bħala segretarja onorarja u teżoriera tal-Assoċjazzjoni tal-Arti f’Malta, kif ukoll serviet bħala president ta’ din l-għaqda fl-1916.
Kienet kofundatriċi tal-Għaqda Nisa ta’ Malta, u serviet bħala segretarja ġenerali tal-għaqda fit-twaqqif tagħha fl-1944, sakemm ġie introdott is-suffraġju tan-nisa fl-1947. Kellha rwol importanti fl-attiviżmu għall-introduzzjoni tas-suffraġju f’Malta. Hija ddikjarat li “sakemm in-nisa jħallsu t-taxxi bħall-irġiel, għandhom ikollhom l-istess dritt tal-vot bħalhom.”[1]
Is-suffraġju tan-nisa u d-dritt ta’ siġġu politiku ddaħħlu fil-Kostituzzjoni MacMicheal, li ġiet introdotta wara ħafna żmien fil-5 ta’ Settembru 1947. Fl-elezzjonijiet sussegwenti tas-sajf tal-1947, kienet waħda minn żewġ nisa li ħarġu bħala kandidati għal Membri Parlamentari: hija nfisha f’isem il-Partit Azzjoni Demokratika u Agatha Barbara f’isem il-Partit Laburista, b’din tal-aħħar tkun l-ewwel mara li ssir Membru Parlamentari f’Malta.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ The Struggle for Female Suffrage in Europe: Voting to Become Citizens. (2012). Nederländerna: Brill.
- ^ Sammut, Carmen. "The road to Maltese women's suffrage and beyond". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-05-17.