Aqbeż għall-kontentut

Gelson Fernandes

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gelson Fernandes
Informazzjoni personali
Isem sħiħGelson Tavares Fernandes
Twelid2 ta' Settembru 1986 (1986-09-02) (38 sena)
PraiaKape Verde
Tul1.83 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1995–2004Sion
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2007Sion
2007–2009Manchester City
2009–2012Saint-Étienne
2010–2011Chievo (self)
2011–2012Leicester City (self)
2012Udinese (self)
2012–2013Sporting CP
2013Sion (self)
2013–2014SC Freiburg
2014–2017Rennes
2017–2020Eintracht Frankfurt
Tim nazzjonali
2005–2007Żvizzera U-21
2007–2018Żvizzera

Gelson Tavares Fernandes (twieled fit-2 ta' Settembru 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru.

Imrobbi mat-tim ta' Sion, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2004 fejn waqt it-tliet snin li dam mal-klabb sal-2007 irnexxielu jirbaħ Tazza Żvizzera fl-2006.

Fl-14 ta' Lulju, 2007, Fernandes iffirma ma' Manchester City għal somma mhux magħrufa, mifhuma li hi madwar €6 miljun. Wara l-firma tiegħu, il-kowċ Sven-Göran Eriksson ikkumenta fuq kif li hu kien jara lil Fernandes bħala "l-aqwa plejer żgħażugħ fl-Iżvizzera".[1] Id-debutt mas-Citizens wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Portmsouth.

L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb il-ġdid wasal fir-rebħa ta' 2–0 kontra Newcastle United nhar it-2 ta' Jannar, 2008, 40 sekonda biss wara li kien daħal bħala sostitut għal Stephen Ireland. It-tieni gowl tiegħu wasal f'okkażjoni negattiva, fit-telfa ta' 3–1 kontra Arsenal. Fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Fernandes biddel in-numru tal-flokk minn 28 għal 19. Minkejja li skorja żewġ gowls matul l-istaġun, Fernandes kellu sena diżappuntanti hekk kif taħt il-kowċ il-ġdid Mark Hughes sab spazju biss bħala sostitut.

Fid-9 ta' Lulju, 2009, ġiet ikkonfermata li hu għadda mit-testijiet mediċi u kien issieħeb għas-somma ta' £2 miljun ma' Saint-Étienne. Hu ffirma kuntratt ta' sentejn u ddebutta fit-telfa ta' 2–0 kontra Nice tat-8 ta' Awwissu, 2009.

Matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf tal-2010, wara sena biss mal-klabb Franċiż, it-tim ta' Chievo ikkonfermaw li kienu ġabu lill-plejer abbażżi ta' self sal-aħħar tal-istaġun.[2]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fernandes iddebutta mat-tim nazzjonali Żvizzeru kontra l-Olanda fit-22 ta' Awwissu, 2007. Minn dakinhar baqa' figura regulari mat-tim nazzjonali. Hu lagħab fit-tliet partiti tat-tim waqt il-Kampjonati Ewropej 2008. Nhar it-28 ta' Marzu, 2009, Fernandes skorja l-ewwel gowl tiegħu fuq livell internazzjonali fir-rebħa ta' 2–0 fuq il-Moldova. It-tieni gowl wasal fuq palk iktar prestiġjuż, hekk kif skorja l-gowl tar-rebħa kontra Spanja fl-ewwel logħba mill-gruppi tat-Tazza tad-Dinja 2010.

  1. ^ "Man City seal Fernandes transfer" (bl-Ingliż). BBC. 2007-06-14.
  2. ^ AC ChievoVerona, ed. (2010-08-31). "COLPO DA NOVANTA: DAL SAINT-ETIENNE ARRIVA FERNANDES" . Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-21. Miġbur 2010-09-11.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]