Gaetano Donizetti
Gaetano Donizetti | |||
---|---|---|---|
28 Ġunju 1834 - | |||
Ħajja | |||
Isem propju | Domenico Gaetano Maria Donizetti | ||
Twelid | Bergamo, 29 Novembru 1797 | ||
Nazzjonalità | Renju ta' Lombardia-Venezja | ||
Mewt | Bergamo, 8 April 1848 | ||
Post tad-dfin |
Grave of Gaetano Donizetti (en) Santa Maria Maggiore (en) | ||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (meninġite) | ||
Familja | |||
Aħwa |
uri
| ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Conservatorio Giovanni Battista Martini (en) | ||
Lingwi | Taljan | ||
Għalliema |
Johann Simon Mayr (mul) Stanislao Mattei (en) | ||
Studenti |
uri
| ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | kompożitur | ||
Post tax-xogħol |
Pariġi Vjenna | ||
Xogħlijiet importanti |
L'elisir d'amore (en) Lucia di Lammermoor (en) Don Pasquale (en) La Fille du régiment (en) Maria Stuarda (en) | ||
Premjijiet | |||
Moviment artistiku |
opra quddiesa kantata |
Gaetano Donizetti (29 ta' Novembru, 1797, Bergamo, Repubblika Ċisalpina - 8 ta' April, 1848, Bergamo, Imperu tal-Awstrija) kien kompożitur Taljan.
Kompożitur prolifiku, ix-xogħlijiet tiegħu huma magħmulin minn diversi ġeneri mużikali, fosthom mużika reliġjuża, kwartetti tal-korda u xogħlijiet għall-orkestra. Madankollu, huwa kien famuż speċjalment għall-opri tiegħu.
Werriet ta' Rossini, rival ta' Bellini, prekursur ta' Verdi, Donizetti kien magħruf bħala wieħed fost l-aqwa kompożituri Taljani tas-seklu 19. L-opra Lucia di Lammermoor, kapolavur tal-Bel Canto, hija għadha rappreżentata spiss fiż-żmien tagħna.
Ħajja
[immodifika | immodifika s-sors]Domenico Gaetano Maria Donizetti twieled f'familja fqira f'Bergamo. Missieru ried li ibnu jsir avukat imma Gaetano kien jiddedika ruħu għall-mużika. Fortunatament, f'Bergamo kien hemm kompożitur famuż tal-ġenerazzjoni ta' qabel: Simon Mayr. Mayr kien qaghad joħloq korsijiet tal-mużika ghal familji fqar, li Donizetti jattendi fl-1806. Kellu 8 snin allura. Hu kien jistudja 9 snin ma' Mayr u kien mar f'Bolonja fl-1815 biex jistudja l-kontrapont u l-fuga.
Donizetti kiteb mużika reliġjuża ta' stil awstera u fl-istess żmien jagħti l-ewwel opra tiegħu, Il Pigmalione, f'Settembru tal-1816. Il-karriera tiegħu bħal kompozitur bdiet uffiċjalment fl-14 ta' Novembru tal-1818 mar-rappreżentazzjoni ta' Enrico di Borgogna f'Venezja.
Huwa kiseb l-ewwel suċċess tiegħu bl-opra Zoraide di Granata, kompost mal-għajnuna ta' Mayr u rappreżentat fl-28 ta' Jannar tal-1822 f'Teatro Argentina ta' Ruma. Ma' din l-opra, Donizetti wera li kiteb malajr ħafna għaliex kellu jikteb mill-ġdid biċċa kbira tal-partitura fi ftit jiem wara il-mewt tal-kantanta prinċipali. L-opra tiegħu, L'ajo nell'imbarazzo, rappreżentat fl-4 ta' Frar tal-1824 hija meqjusa bħala l-ewwel kapolavur ta' Donizetti f'ġeneru komiku.
Bejn l-1818 u l-1828, Donizetti kiteb 19-il opra, fosthom bosta li jiksbu l-veru suċċess: Elvira, Alfredo le Grande, Olivo e Pasquale, Alahor in Granata, Chiara e Serafino... Imma kien f'Napli li jikseb l-ewwel trijonf tiegħu b' L'Esule di Roma (fl-1828). Mgħejjun mill-kreattività tiegħu u l-qawwa tal-ħidma mhux tas-soltu, Donizetti beda jiġbor is-suċċessi.
Fis-26 ta' Dicembru tal-1830, hu kiseb trijonf f'Milan b'Anna Bolena. Din l-opra se tkun malajr rappreżentata f'Pariġi, f'Londra, f'Madrid, f'Dresden, anki fl-Ħavana. Trijonf ieħor fid-12 ta' Mejju fl-1832 b' L'Elisir d'amore f'Milan.
Mistieden minn Rossini fl-1835, Donizetti mar f'Pariġi, fejn jagħti Marino Faliero f'Théâtre des Italiens (id-12 ta' Marzu). F'April huwa nħatar Kavallier tal-Leġjun tal-Unur mill-re ta' Franza Luiġi-Filippu. Lura lejn Napli, kiseb trijonf memorabbli b'Lucia di Lammermoor, ix-xogħol l-aktar famuż, kompost f'6 ġimgħat biss. Wara il-mewt ta' martu, it-30 ta' Lulju tal-1837, huwa sofra minn depressjoni profonda. Madankollu, jagħti kapolavur ieħor, Roberto Devereux, fid-29 ta' Ottubru.
Is-sena ta' wara, l-opra Poliuto hija projbita minħabba iċ-ċensura naplitana. Donizetti telaq Napli għal Pariġi, fejn kiteb diversi opri, li wħud minnhomm saru klassiċi tar-repertorju liriku dinji: Les Martyrs jew Poliuto (1840), La Fille du régiment (1840), La Favorite (1840), Don Pasquale (1843)...
Bejn l-1842 u l-1846, Donizetti jivjaġġa spiss, prinċipalment bejn Pariġi, il-bliet importanti Taljani (Napli, Ruma, Bolonja, Milan, Venezja) u Vjenna fejn huwa maħtur kaptan tal-kappella tal-qorti fl-1842. Hemm beda jbati minn sifilide. Ma jistax jibqa jaħdem mill-1845. Malajr ma jistax jibqa jitkellem u jimxi. Ftit ftit jinżel fil-ġenn. Huwa kien internat fl-1846 f'ċentru sanitarju f'Ivry-sur-Seine u ġie trasferit ghal dar f'Pariġi madwar il-Champs Elysées fl-1847. F'Settembru tal-1847, huwa kien jirritorna lejn Bergamo fejn miet fl-1847.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Fi 30 sena ta' karriera, Donizetti huwa l-awtur ta' madwar 550 xogħol, fosthom 71 opra, 13-il sinfonija, 3 kwintetti, 28 kantata, 115 kompożizzjoni reliġjuża (fosthom ir-Requiem fl-1835, miktub għal memorja tal-ħabib tiegħu Vincenzo Bellini) u diversi bċejjeċ ta' mużika tal-kamra u oratorji. Donizetti kien il-kompożitur l-aktar prolifiku tas-seklu 19.