Għenba tax-xewk

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Għenba tax-xewk
Għenba tax-xewk Ewrasjatika koltivata
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Plantae
(mhux klassifikata): Angiospermae
(mhux klassifikata): Eudicotyledones
(mhux klassifikata): Eudicotyledones tan-nulekju
Ordni: Saxifragales
Familja: Grossulariaceae
Ġeneru: Ribes
Speċi: R. uva-crispa
Isem binominali
Ribes uva-crispa


L-Għenba tax-xewk, (Ribes uva-crispa, syn. R. grossularia) hi speċi tar-Ribes, indiġena fl-Ewropa, l-Afrika tal-majjistral, u l-Asja tal-punent, nofsinhar u l-lbiċ. Hi waħda minn bosta speċi simili tas-sottoġeneru Grossularia u m'għandha x'taqsam xejn ma' l-għeneb (ġeneru Vitis) ħlief fid-dehra.

Minkejja li s-soltu hi kklassifikata bħala sottoġeneru fir-Ribes, xi tassonomisti iqisu l-Grossularia bħala ġeneru separat, għalkemm jista' jkun hemm ibridi bejn l-għenba tax-xewk u l-kassis (e.g., il-Jostaberry). Is-sorroġeneru Grossularia hu differenti mill-kassis l-iżjed fiz-zkuk li għandhom ix-xewk u fil-fjuri li jikbru waħidhom jew f'pari u mhux f'raċemi.

Il-frott tal-arbuxxelli jittiekel u hu mkabbar fuq skala domestika u kommerċjali.

Għeneb tax-xewk (varjetà Jewettà) - akwatint 1894

Kif tikber u karatteristiċi fiżiċi[immodifika | immodifika s-sors]

L-għeneb tax-xewk jikber f'arbuxxelli mħabbla li jogħlew bejn 1m u 3m. Iz-zkuk tiegħu, mimlijin xewk iniggeż ħafna, joħorġu wieħed wieħed jew fi friegħi ta' tnejn jew tlieta mill-qiegħ ta' zkuk qsar jew fuq frieghi laterali. Il-fjuri f’għamla ta’ kniepen joħorġu waħda waħda jew f’pari minn gruppi ta’ weraq fit-tond maqtugħin il-ġewwa sewwa fi tliet jew ħames tebqiet. Il-frott selvaġġ hu iżgħar minn dak tal-varjetajiet koltivati, imma s-soltu jkollu togħma tajba. Ġeneralment hu sufi barra minn f’varjetà waħda, R. uva-crispa. Il-kulur is-soltu hu aħdar imma hemm varjanti ħomor u kultant ikun hemm bakek vjola skuri.

Firxa[immodifika | immodifika s-sors]

L-għeneb tax-xewk hu indiġenu f'ħafna partijiet tal-Ewropa u l-Asja tal-punent, nofsinhar u lbiċ u jikber min-natura fl-arbuxelli alpini u msaġar imġebblin fir-reġjuni baxxi minn Franza lejn il-lvant u l-ġewwa fil-Himalaya u l-Indja peniżolari.

Il-produzzjoni tar-Ribes u l- għeneb tax-xewk fl-2005

Għalkemm illum l-għeneb tax-xewk hu komuni fuq iż-żrieżaq tal-baxx tal-Alpi tal-Piedmonte u tas-Savojja, m'aħniex żguri jekk ir-Rumani kinux jafu bih, imma jista’ jkun li hu msemmi f'silta vaga fl-iStorja Naturali ta' Plinju l-Kbir; is-sjuf sħan tal-Italja, fl-antik bħal ta' llum, ma kinux jiffavorixxu il-koltivazzjoni tiegħu. Minkejja li l-għeneb tax-xewk issa hu abundanti fil-Ġermanja u Franza, jidher li fil-medju evu ma kinux ikabbruh wisq, imma l-frott selvaġġ kienu jqisuh utli fil-mediċina billi l-meraq aċituż tiegħu għandu l-propjetà li jberred il-ġisem fil-mard; waqt li l-kelma bl-Ingliż antik, Fea-berry, li għada tintuża f’xi djaletti provinċjali, turi li kellu l-istess valur fil-Brittannja, fejn bdew minn kmieni jħawluha fil-ġonna. Hemmhekk tant ilu kkoltivat l-għeneb tax-xewk li diffiċli tiddistingwi arbuxxelli selvaġġi li tnisslu minn xtieli ikkoltivati u dawk li huma parti mill-flora indiġena tal-gżira.

Għeneb tax-xewk aħmar

Klima[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-mijiet ta' varjetajiet imsemmijin fix-xogħlijiet ortikulturali riċenti, forsi ftit iħabbtuha fit-togħma mal-Old Rough Red u Hairy Amber. Il-klima tal-Gżejjer Brittaniċi tidher li hi ideali biex jitkabbar l-għeneb tax-xewk u jista’ jitkabbar anki fil-partijiet tal-Iskozja l-iżjed 'l fuq fejn jissejjaħ "grozet"; anzi t-togħma tiegħu titjib iżjed ma titla' 'l fuq. Fin-Norveġja (fejn jissejjaħ "stikkelsbær" — jew "bakka xxewwek"), l-għeneb tax-xewk jiffjorixxi fil-ġonna tal-kosta tal-punent kważi saċ-Ċirku polari Artiku, u jinstab 'l fuq sa 63°. Is-sjuf nixfin ta' Franza u l-Ġermanja ma taqbilx miegħu għalkemm jitkabbar b’xi suċċess f’xi distretti għoljin. L-għeneb tax-xewk fin-nofsinhar tal-Ingilterra jikber tajjeb fil-frisk u wieħed jista' jsibu fil-ġonna ħdejn Londra fejn jikber fin-nofs dell taħt is-siġar tat-tuffieħ; imma fit-tramuntana jkollu bżonn ikun espost għax-xemx biex isir perfett. Imur tajjeb f’kważi kull kwalità ta' ħamrija, imma jippreferi ħamrija b’materja organika jew jew sediment alluvjonali, u minkejja li minn natura hu pjanta ta' postijiet pjottost nixfin, immur tajjeb f'ħamrija niedja jekk tkun skulata sewwa.

Sikwit jinsab fl-irħula mifruxa maċ-Ċekoslovakkja ta' qabel kollha.

Għeneb tax-xewk maqsumin juru ż-żerriegħa

Kultivazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

L-eħfef metodu għall-propagazzjoni tal-għeneb tax-xewk hu bit-tħawwil tal-biċċiet maqtugħin mix-xitla, ħafna eħfef milli miż-żerriegħa. Biċċiet maqtugħin fil-ħarifa jaqbdu malajr u jibdew jagħtu l-frott fi ftit snin.

Jista' jinħtieġ żbir aħrax; il-frott jikber fuq il-friegħi tal-ġenb u dawk li jkunu ħarġu s-sena ta’ qabel, għalhekk fis-seklu 19, kellhom id-drawwa li jiżbru l-friegħi tal-ġenb fix-xitwa, u forsi jiżbru l-friegħi prinċipali wkoll fl-istess ħin jew innaqqrulhom it-truf fis-sajf.

Ix-xtieli jistgħu jipproduċu bakek kbar jekk ikun fertilizzati sewwa bil-kompost, l-iżjed jekk jinġabru l-maġġoranza tal-frott meta jkun għadu żgħir u jitħallew ftit bakek biss jibqgħu jikbru. Għal dan l-għan tajjeb li l-għeneb tax-xewk jitlaqqam fuq (Ribes aurum) jew speċi oħra tar-Ribes. Xi kabbara tas-sekli 19 u 20 irnexxielhom ikkabbru għeneb tax-xewk jiżen bejn uqija u tnejn, imma bħal f'ħafna varjetajiet ta' frott, ikbar ma jkun l-għeneb tax-xewk inqas ikollu togħma.

Ribes uva-crispa[1]

Insetti ta' ħsara u mard[immodifika | immodifika s-sors]

L-arbuxxelli tal-għeneb tax-xewk huma vulnerabbli għad-dud tal-baħrija Abraxas grossulariata. Fil-kultivazzjoni, l-aħjar metodu biex teħles minnhom hu li tneħħi l-larvi b'idejk malli jfaqqsu; din tbid il-bajd fuq il-weraq tal-għeneb tax-xewk li jaqgħu.

Il-baħrija Macaria wauaria u d-dubbiena Nematus ribesii jagħmlulha l-ħsara wkoll. Id-dud tan-Nematus reibesii jindifnu fil-ħamrija biex jagħmlu l-fosqda; meta jfaqqsu fil-forma adulta, ibidu l-bajd li jfaqsu bħala larvi, fuq in-naħa ta' taħt tal-weraq tal-għeneb tax-xewk.. Fis-seklu 19 fost l-insettiċidi kontra dawn kien hemm l-ilma bir-raża tal-arżnu, taħlita dgħajfa ta' aċtu karboliku u trab tal-helleborus li jaħdmu kontra l-Macaria wauaria u n-Nematus ribesii t-tnejn. Kienu jużaw ukoll infużjoni ta’ tabakk jew ta' digitalis. Jekk il-weraq li jaqgħu jitneħħew bil-galbu u l-ħamrija ta' madwar tintgħażaq, il-bajd u l-krisalidi ta’ dawn l-insetti jinqerdu.

Is-Sulfid tal-Potassju kien magħruf li hu effettiv fil-kura tal-mofof tas-siġar bħall-moffa tal-għeneb tax-xewk Amerikan.

Ninnotaw li bħall-parti l-kbira tar-Ribes, l-għeneb tax-xewk jista' jospita l-fungu Cronartium ribicola, li jista' tagħmel ħsara kbira lill-arżnu tat-tip pinus strobus; għalhekk il-koltivazzjoni tal-għeneb tax-xewk hi projbita f'ċerti reġjuni tal-Istati Uniti.

Użi fil-kċina[immodifika | immodifika s-sors]

Għeneb tax-xewk għall-bejgħ f'Hainan, iċ-Ċina

L-għeneb tax-xewk jintuża sikwit bħala ingredjent fid-deżerta, bħal torti u crumbles. Jintuża wkoll biex jagħti t-togħma x-xorb u jista’ jsir minnu inbid jew tiżani. L-għeneb tax-xewk jista' jiġi kkonservat bħala ġamm, frott imnixxef jew fis-siropp taz-zokkor.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

[1]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Prof. Dr. Otto Wilhelm Thomé Flora von Deutschland, Österreich und der Schweiz 1885