Aqbeż għall-kontentut

Fabrizio Frizzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fabrizio Frizzi
Ħajja
Isem propju Fabrizio Adriano Frizzi
Twelid Ruma, 5 Frar 1958
Nazzjonalità Italja
Mewt Ruma, 26 Marzu 2018
Kawża tal-mewt  (emorraġija ċerebrali)
Familja
Konjuga/i Rita Dalla Chiesa (en) Translate  (Ġunju 1992 -  2002)
Carlotta Mantovan (en) Translate  (4 Ottubru 2014 -  26 Marzu 2018)
Aħwa
uri
Edukazzjoni
Alma mater La Sapienza
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni preżentatur televiżiv
dub actor (en) Translate
attur
personalità tar-radju
Premjijiet

Fabrizio Frizzi (twieled fil-5 ta' Frar 1958 – miet fis-26 ta' Marzu 2018) kien preżentatur tat-televiżjoni Taljan.

Ispirat minn Corrado, fil-karriera tiegħu ta' iktar minn 30 sena mexxa programmi ta' varjetà, talent shows u kwizzijiet bħal Miss Italia, I fatti vostri, Scommettiamo che...?, Luna Park, Per tutta la vita, Cominciamo bene, Soliti ignoti - Identità nascoste u L'eredità. Sa mis-snin tmenin kien meqjus bħala wieħed mill-iktar uċuħ magħrufa tar-Rai. Flimkien ma' Pippo Baudo kien l-iktar preżentatur b'numru ta' trażmissjonijiet għaddejjin.

Fabrizio Frizzi kien maħbub f'Malta wkoll, b'diversi jsegwu l-programmi li kien jippreżenta tul il-karriera televiżiva tiegħu. Frizzi kien ġie Malta fl-2007 biex jippreżenta kunċert ta' Claudio Baglioni fil-Valletta Waterfront fejn kienu kantaw ukoll Riccardo Cocciante u Gianni Morandi fost l-oħrajn.[1]

F'Ottubru tal-2017, Frizzi kien ħassu ħażin waqt li kien qed jiffilmja l-programm L'eredità. Wara ftit jiem fl-isptar, huwa kien irritorna fil-programm f'Diċembru. Frizzi miet ta' 60 sena, wara li sofra minn emoraġija f'rasu fl-isptar Sant'Andrea f'Ruma.[2]

Kienu l-qraba tiegħu li ppubblikaw l-aħbar b'nota fejn fiha qalu "Grazzi Fabrizio tal-imħabba kollha li tajtna tul is-snin".[3]

  1. ^ Saliba, Norma (2018-03-26). "ARA: Fabrizio Frizzi jkanta ma' Claudio Baglioni f'Malta". TVM.
  2. ^ "Italian TV presenter Fabrizio Frizzi dead at 60" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2018-03-26.
  3. ^ "Addio a Frizzi: "Grazie per tutto l'amore che ci hai donato"" (bit-Taljan). Corriere Quotidiano. 2018-03-26.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]