Aqbeż għall-kontentut

FC Wacker Innsbruck (2002)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
FC Wacker Innsbruck (2002)
Isem sħiħ Fußballclub Wacker Innsbruck
Fundazzjoni 2002
Grawnd Tivoli-Neu, Innsbruck
Kowċ Thomas Grumser (en) Translate
Kampjonat Regionalliga 2022/23
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

FC Wacker Innsbruck huwa klabb tal-futbol Awstrijak li huwa bbażat ġewwa Innsbruck. Il-klabb ġie ffurmat f'Ġunju 2002, u jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Tivoli-Neu. Il-klabb jikkunsidraw ruħu bħala t-tkomplija spiritwali tat-tim FC Tirol Innsbruck, li falla fl-2002. Madankollu, legalment Wacker Tirol huwa klabb distint u separat, u mhux intitolat li jitlob l-unuri mirbuħa mill-predeċessuri tiegħu.

It-tlugħ ta' Wacker Tirol fil-Bundesliga ħa biss sentejn mid-formazzjoni, mal-promozzjoni tal-ogħla diviżjoni miksuba fl-2004. Dan kien possibbli għaliex il-klabb għamel alleanza ma' klabb mit-tielet kampjonat Wattens. Wara li spiċċat l-ewwel fil-Regionalliga West, Wacker avvanzaw fil-kampjonat Red Zac Erste Liga. Wacker Tirol spiċċaw is-sitt post fl-ewwel staġun tal-Bundesliga.

Fl-2007 il-klabb ġie msemmi FC Wacker Innsbruck. Fl-aħħar tal-istaġun 2007-08, FC Wacker Innsbruck spiċċaw l-aħħar u kienu relegati għall-Ewwel Diviżjoni Awstrijaka (it-tieni livell). Fl-2010, Wacker rebħu l-promozzjoni lura għall-Bundesliga Awstrijaka.

Staġun Kampjonat Post R P T GF GK Punti Noti
2002–03Fußball-Regionalliga (III)126221011780[1]Alleanza ma WSG Wattens
2003–04Erste Liga (II)12268654472
2004–05Bundesliga (I)6111114484844
2005–06Bundesliga9101214445542
2006–07Bundesliga981018406434relegazzjoni evitata minħabba falliment ta' GAK
2007–08Bundesliga1061119326329
2008–09Erste Liga (II)21887654462
2009–10Erste Liga12166672669
2010–11Bundesliga (I)6131112434250
2011–12Bundesliga7101511364545
Marki ħodor (promozzjoni), Marki ħomor (relegazzjoni).

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • ?