Eva Gonzalès
Eva Gonzalès (19 ta' April 1849, Pariġi – 5 ta' Mejju 1883, Pariġi) kienet pittriċi impressjonista Franċiża.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Eva Gonzalès twieldet minn familja borgiża Monegaska ta' nisel Spanjol u kellha tfulija hienja f'Pariġi. Missierha kien ir-rumanzier Emmanuel Gonzalès, li kien jikteb rumanzi f’sensiela għall-ġurnal Le Siècle, u ommha kienet mużiċista Belġjana. Kienu jgħixu fit-tielet sular ta' 11 Rue Bréda (illum rue Henry-Monnier).
L-ewwel kienet studenta ta' Charles Chaplin u mbagħad ta' Gustave Brinon. Fl-1869, wara li Alfred Stevens introduċiha lil Édouard Manet, marret taħdem taħtu u ltaqgħet ma' Berthe Morisot, li bdiet tgħir għal ħbiberija tagħha mal-imgħallem. Spiss qagħdet bħala mudella għall-membri tal-iskola Impressjonista. Émile Zola u Jules-Antoine Castagnary t-tnejn faħħruha.
Sal-1872, kienet influwenzata ħafna minn Manet imma wara żviluppat stil għaliha, iżjed personali. Matul il-Gwerra Franko-Prussjana tal-1870, evakwat lejn Dieppe fejn pinġiet xi pitturi mimlijin swied il-qalb.
Fl-1879 iżżewġet lill-pittur u inċiżur Henri Guérard. Il-koppja kienu ħbieb ħafna mal-pittur Norbert Goeneutte, li pinġa bosta ritratti tagħha, ta' żewġha u binha. Eva xi drabi ħadet lil Henri bħala s-suġġet tal-pitturi tagħha, u ħafna drabi lil oħtha iżgħar minnha, Jeanne Constance Gonzalès, u 'l ommha, mużiċista. Kellha l-ħanut tax-xogħol tagħha fi 11 Rue Bréda. Hi rrifjutat li tiegħhu sehem fil-wirjiet Impressjonisti.
Il-karriera tagħha ntemmet f'daqqa b'mod kiefer meta mietet b'embolja fil-5 ta' Mejju, 1883 fl-età ta' 34 sena, ftit wara li welldet tifel, Jean Raymond Guérard. Sitt ijiem qabel kien miet l-għalliem tagħha, Manet, u kienet qiegħda tinseġ kuruna għal fuq il-qabar tiegħu. Henri Guerard wara żżewweġ lil oħtha, Jeanne Gonzalès.
Eva Gonzalès indifnet fi-ċimiterju ta' Montmartre.
Fl-1885, kien hemm wirja retrospettiva ta' 88 xogħol tagħha fis-Salons de La Vie Moderne.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors](Lista parzjali)
Disinji, akwarelli, pastelli
[immodifika | immodifika s-sors]- 1869 – L-għasfur tal-bejt; pastelli, Għ: 60ċm x W: 49ċm
- 1870 – Ritratt ta' Jeanne Gonzalès bil-warda, pastelli, Għ: 56ċm x W: 46ċm
- 1871 – Ritratt ta' Jeanne Gonzalès bl-imrewħa, akwarell u gouache, Għ: 24ċm x W: 18.5 ċm
- 1871 – Basal; akwarell fuq il-karta, Għ: 10ċm x W: 20.5 ċm
- 1872 – Ix-xitla favorita, pastelli, (attribwit lilha u lil oħtha Jeanne)
- 1873 – Attriċi bil-maskra, linka sewda, gouache, ġibs iswed fuq karta, Għ: 29.6 ċm x W: 22 ċm
- 1874 – Il-boton; pastelli, Għ: 90ċm x W: 72ċm
- 1877 – Il-modista, gouache u pastelli fuq it-tila
- 1878 – Tuffieħ ta' Api; pastelli fuq karta mmuntata fuq tila, Għ: 55.25 ċm x W: 63.02 ċm
- 1879 – Il-Mara liebsa r-roża; pastelli fuq it-tila, Għ: 46.3 ċm × W: 38.5 ċm
- 1879 – Fil-benniena; pastelli, Għ: 48ċm x W: 36ċm
- 1880 – Henri Guerard mixħut fuq ix-xtajta ta' Honfleur
- 1881 – Qari fil-Ġnien jew Mara bil-Kappell Aħmar; Pastelli fuq it-tila, Għ: 37ċm x W: 54ċm
- Mingħajr Data – Bukkett Vjoli; Akwarell, Għ: 21.5 ċm x W: 31.5 ċm
Inċiżjonijiet, stampi, litografiji, fotoinċiżjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- 1899 – Mara żagħżugħa tħares lejn bejta; fotoinċiżjoni; Għ: 40ċm x W: 29ċm
- Mingħajr data – Henri Guerard mixħut fuq ix-xtajta; Stampa
- Mingħajr data – Ritratt; Stampa, ponta niexfa; Għ: 22ċm x W: 16ċm
Pitturi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1865 – Il-Qaddejja; Għ: 41ċm x W: 32.5 ċm
- 1866 – It-te; Għ: 94ċm x W: 60ċm (il-mudella hi Jeanne oħt Eva.)
- 1868 – Ritratt ta' tifla; Għ: 56.2 ċm x W: 46.5 ċm
- 1869 – Veduta tat-Toscana; Għ: 29ċm x W: 46ċm
- 1869 – Ritratt tas-Sinjura Emmanuel Gonzalès, omm l-artista; Għ: 61.5 ċm x W: 51ċm
- 1870 – It-tifel tat-trupp, Għ: 130ċm x W: 97.5 ċm
- 1870 – Studju ta' suldat bl-elmu bil-ponta; Għ: 19ċm x W: 13ċm
- 1870 – Palk fit-teatru l’Italiens; Għ: 98ċm x W: 130ċm
- 1871 – Mara liebsa l-ikħal; Għ: 42ċm x W: 27ċm (il-mudella Jeanne Gonzalès)
- 1871 – Ix-xtajta ta' Dieppe mill-irdum; Għ: 28ċm W: 69ċm
- 1871 – L-istudenta żagħżugħa ritratt ta' oħtha Jeanne bil-kavalett; Għ: 46.7 ċm x W: 35ċm
- 1871 – Razzett fi Brie; Għ: 16ċm x W: 26ċm
- 1871 – Les Oseraies (reġjun ta' Brie minn fejn kien żewġha); Għ: 31ċm x W: 35ċm
- 1871 – Il-mogħdija; Għ: 18.5 ċm x W: 24.3 ċm
- 1872 – L-għażżiena; Għ: 99.5 ċm x W: 81ċm
- 1872 – Ritratt ta 'Jeanne Gonzalès
- 1872 – Ir-razzett f’Rebais, (Seine-et-Marne); Għ: 13.7 ċm x W: 15ċm
- 1873 – Mara ddoqq l-arpa; Għ: 41ċm x W: 27.5 ċm
- 1873 – Ritratt ta' tfajla liebsa l-abjad; Għ: 76ċm x W: 61ċm
- 1875 – Ritratt ta' Jeanne Gonzalès bilqiegħda
- 1875 – Awtoritratt; Għ: 21ċm x W: 12.5 ċm
- 1875 – Le Petit Lever; Għ: 50.5 ċm x W: 61.3 ċm
- 1875 – Studju minn tieqa; Għ: 56ċm x W: 36ċm
- 1875 – Fuq id-dgħajsa; Għ: 46.5 ċm x W: 55ċm
- 1875 – Fil-park; Għ: 40.7 ċm x W: 33ċm
- 1875 – Ċirasa u ribes aħmar; Għ: 10.5 ċm x W: 18ċm
- 1876 – L-irqad; Għ: 81cm: x W: 100ċm
- 1876 – Il-qawmien; Għ: 81.3 ċm x W: 100ċm
- 1876 – Fergħa ħawħ; Għ: 24.2 ċm XW: 32.7 ċm
- 1877 – Nurse ma' tifel; Għ: XL 65cm: 81.4 ċm
- 1877 – Fuq it-terrazzin f'Pontoise; Għ: 46ċm x W: 61ċm
- 1877 – Bil-moħbi
- 1877 – Dgħajjes fil-baħar mifrugħ; Għ: 19ċm x W: 26ċm
- 1878 – Fuq l-għatba
- 1878 – Veduta ta' Grandcamp; Għ: 11.2 ċm x W: 28ċm
- 1878 – Bukkett ward f'Ġunju; Għ: 61ċm x W: 50ċm
- 1879 – Palk fit-teatru l'Italiens, it-tieni verżjoni
- 1879 – Mara liebsa r-roża; Għ: L ċm 46.3 × 38.5 ċm
- 1879 – It-twaletta
- 1879 – Papoċċa tas-satin abjad; Għ: 23ċm x W: 32ċm
- 1879 – Żifna studju għal imrewħa; Għ: 15.5 ċm x W: 21.5 ċm
- 1879 – Boton; Għ: 100ċm x W: 82ċm
- 1880 – Dawra fuq il-ħmar
- 1880 – Qari fil-foresta
- 1881 – Il-kolazzjon fuq il-ħaxix; Għ: 65ċm x W: 46.5 ċm (kollezzjoni privata).
- 1881 – Ward ġo tazza Għ: 42.3 ċm x W: 42.3 ċm (kollezzjoni privata)
- Data mhux magħrufa – Ritratt profil ta' Jeanne Gonzalès bil-malji
- Data mhux magħrufa – Mara liebsa l-abjad bl-imrewħa
- Data mhux magħrufa – Ritratt ta' tfjal
- Data mhux magħrufa – Moskea kaħla
- Data mhux magħrufa – Mara Spanjola
- Data mhux magħrufa – Mara fuq l-irdum
- Data mhux magħrufa – Vażun ward
- Data mhux magħrufa – Il-port ta' Dieppe; Għ: 20.3 ċm x W: 27.9 ċm
- Data mhux magħrufa – Parlata bejn tliet nisa ġewwa d-dar; Għ: 19ċm x W: 12.5 ċm
Bibljografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Philippe Burty: Eva Gonzalès, Pariġi, Salon de la Vie Moderne
- R. Henard: Les Expositions f' La Renaissance 4 ta' April 1914 p.25
- L. Hautecoeur: Exposition Eva Gonzalès dans :La chronique des arts et de la curiosité, nru 15 11 ta' April 1914, p.115
- F. Monod :L'impressionnisme féminin dans Art et Décoration suppliment ta' Mejju 1914, p.3
- C. Roger-Marx: Eva Gonzalès dans Arts Lulju 1950 p.8
- C. Roger-Marx: Eva Gonzalès Saint-Germain-en-Laye, 1950, les Éditions de Neuilly p.25
- C. Roger-Marx: Eva Gozalès, Pariġi, Galerie Daber 1959
- Tamar Gab: Femmes Impressionnistes, New-York Rizzoli
- Edward Lucie-Smith: Femmes Impressionnistes, Londres George Weidenfeld u Nicolson 1989
- Marie-Caroline Sainsaulieu, Jacques de Mons: Eva Gonzalès (1849-1883), étude critique et catalogue raisonné. La Bibliothèque des Arts, Pariġi 1990. 360p.
- Marianne Delafond: Les femmes impressionnistes; Mary Casstt, Eva Gonzalès, Berthe Morisot. Pariġi 1993 ISBN 2-85047-227-1
- The Women Stars of Impressionism dans International Herald Tribune, 16-17 Ottubru 1993, p.9
- B. Ivry: Fine artists whose gender doomed them to obscurity f' The European élan London n°182 1993- p17 ill bil-kulur.
- Isabelle Compin, Anne Roquebert: Catalogue sommaire illustré des peintures du musée du Louvre et du musée d'Orsay Pariġi 1986 u 1990
- P. Piguet: Impressions de femmes dans La Croix l'Évènement 23 Novembru 1993.
Ħoloq Esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Eva Gonzalès |