Aqbeż għall-kontentut

Erwin Hoffer

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Erwin Hoffer
Informazzjoni personali
Isem sħiħErwin Hoffer
Twelid14 ta' April 1987 (1987-04-14) (39 sena)
Baden bei Wien, Awstrija
Tul1.76 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1994–19951. SC Haidhof
1995–1998FC Tribuswinkel
1998–2002Badener AC
2002–2004Admira Wacker
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2006Admira Wacker
2006–2009Rapid Wien
2009–2013Napoli
2010–2011→ 1. FC Kaiserslautern (self)
2011–2013→ Eintracht Frankfurt (self)
2013→ 1. FC Kaiserslautern (self)
2013–2015Fortuna Düsseldorf
2015–2017Karlsruher SC
2017–2019Beerschot
2019–2021Admira Wacker
Tim nazzjonali
2005–2009Awstrija U-21
2007–2012Awstrija

Erwin Hoffer (twieled fl-14 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Awstrijak li jilgħab bħala attakkant.

Hoffer beda l-karriera professjonali ta' sbatax-il sena ma' Admira Wacker qabel ma ngħaqad ma' Rapid Wien wara żewġ staġuni. L-ewwel staġun kien wieħed deludenti fejn skorja biss 4 darbiet f'21 logħba. Però, l-istaġun 2007–08 rah jiskorja 10 gowls, fosthom tripletta kontra Red Bull Salzburg fir-rebħa storika ta' 7–0. F'dan l-istaġun rebaħ għall-ewwel darba l-Bundesliga Awstrijaka.

Hoffer ikkonferma ruħu l-istaġun ta' wara fejn din id-darba skorja 27 gowl f'34 logħba, fejn spiċċa wkoll fil-ħdax-il post fil-klassifika għaż-Żarbuna tad-Deheb 2009.

Nhar it-28 ta' Lulju, 2009, il-klabb Taljan ta' Napoli uffiċjalizza l-akkwist ta' Hoffer b'kuntratt ta' ħames snin.[1] Id-debutt mat-tim Naplitan wasal fis-16 ta' Awwissu, 2009, fil-konfront kontra Salernitana, validu għat-tielet rawnd tal-Coppa Italia fejn skorja l-aħħar gowl fir-rebħa ta' 3–0. L-ewwel logħba tiegħu fil-kampjonat waslet kontra Livorno fit-30 ta' Awwissu, 2009. L-ewwel staġun tiegħu fl-Italja ftit li xejn sab spazju, u sussegwentament ġie imsellef lil Kaiserslautern fil-Bundesliga Ġermaniża għall-istaġun 2010–11.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Hoffer kien parti mit-tim nazzjonali tal-Awstrija magħżul biex jilgħab matul il-Kampjonati Ewropej 2008, fejn lagħab biss logħba waħda biss kontra l-Ġermanja fi Vjenna. L-ewwel gowls mat-tim nazzjonali waslu fl-1 ta' April, 2009, meta skorja doppjetta fir-rebħa ta' 2–1 kontra r-Rumanija valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010.

Rapid Wien
  1. ↑ "Erwin Hoffer al Napoli, contratto quinquennale" (bit-Taljan). SSC Napoli.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]