Aqbeż għall-kontentut

Emmanuel Gerada

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Emmanuel Gerada
Apostolic Nuncio to Ireland (en) Translate

4 Frar 1989 - 17 Ottubru 1995
Apostolic Nuncio to El Salvador (en) Translate

8 Novembru 1973 -
apostolic nuncio to Guatemala (en) Translate

8 Novembru 1973 -
Arċisqof Kattoliku

8 Novembru 1973 -
arċisqof titulari

8 Novembru 1973 -
Dioceses: Nomentum (en) Translate
isqof titulari

15 Frar 1967 -
Dioceses: Nomentum (en) Translate
isqof awżiljarju

15 Frar 1967 -
Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
Ħajja
Twelid Żejtun, 18 Mejju 1920
Nazzjonalità Malta
Grupp etniku Maltin
Mewt L-Imsida, 21 Jannar 2011
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku

L-Arċisqof Emmanuel Gerada (Żejtun, Malta, 18 ta’ Mejju, 1920 - Msida, 21 ta' Jannar 2011) kien arċisqof titulari Malti u nunzju f'diversi pajjiżi, magħruf l-aktar f'pajjiżu għas-sehem li ta biex fl-1969 ntlaħaq il-ftehim storiku bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, li ġab fi tmiemha l-kwistjoni politiko-reliġjuża li kienet ilha sejra għal għaxar snin sħaħ, u kien Nunzju f'El Salvador matul l-Episkopat tal-Arċisqof Oscar Romero f'San Salvador.

Gerada kien ir-raba’ minn fost sitt aħwa. Hu ħa l-edukazzjoni tiegħu l-Liċeo, is-Seminarju tal-Arċisqof u l-Università ta’ Malta fejn fl-1939 ħa l-grad tal-Baċċelerat tal-Arti waqt li fl-1946 kien liċenzjat fit-teoloġija. Kien ordnat saċerdot mill-Isqof Emmanuel Galea fl-1 ta’ Awwissu tal-1942 wara li kien kiseb id-dispensa meħtieġa billi ma kienx għadu għalaq l-24 sena. Kien ukoll rebaħ borża ta’ studju mill-British Council u fl-1944 kompla l-istudji tiegħu fin-Nottingham University College.

Diplomazija tal-Vatikan

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1952, Mons. Gerada kiseb dottorat fil-liġi kanonika mill-Università Gregorjana u wara segwa kors fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f’Ruma, liema kors kellu jwasslu biex jingħaqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede. Fil-fatt, wara sena taħriġ fis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan, fl-1952 hu kien inħatar attachè għall-intenunzjatura appostolika fl-Eġittu u sena wara kien inħatar bħala assistent privat tal-Papa.

Aktar tard, l-Arċisqof Gerada kien trasferit biex iservi bħala segretarju għall-internunzjatura appostolika fl-Indja, u fl-1956 kien appuntat segretarju għan-nunzjatura f’Dublin. Bejn l-1960 u l-1964, huwa kien maħtur bħala awditur tan-nunzjatura u charge d’affaires f’Tokjo, u aktar tard serva bħala parti mid-delegazzjoni appostolika fil-messiku. Fl-1965 kien appuntat bħala konslu fin-nuzjatura u prelat tal-Papa Pawlu VI, waqt li s-sena ta’ wara nħata l-kariga bħala charge d’affaires f’Kigali, fl-Rwanda.

Fit-18 ta’ Ġunju tal-1967, Mons. Gerada kien kkonsagrat bħala isqof Titulari ta’ Nomentum u Isqof Awżiljarju tal-Arċisqof Mikiel Gonzi. Sena wara nħatar bħala Isqof Koadjutur ta’ Malta.

L-Arċisqof Gerada kellu sehem importanti fid-diskussjonijiet twal li saru bejn il-Partit Laburista u l-Awtoritajiet Ekklesjastiċi tal-Gżejjer Maltin, liema diskussjonijiet kienu wasslu biex nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-1969 intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat. Dan il-ftehim kien ġab fi tmiemha l-kwistjoni politiko-reliġjuża li kienet ilha sejra għal għaxar snin. Il-qofol tal-ftehim kien li l-Knisja u l-Malta Labour Party jagħrfu li fis-soċjetà moderna ta’ żmienna huwa meħtieġ li ssir għażla bejn il-komunità politika u l-Knisja; li l-Knisja għandu jkollha l-libertà li tħares l-inetressi spiritwali u temporali tagħha, u li meta jkun hemm bżonn tgħallem liema huma l-prinċipji t-tajba u ħżiena; u li min-naħa tagħha l-Knisja tħalli lil kulħadd fil-libertà tal-kuxjenza tiegħu billi ma timponix id-dnub il-mejjet bħala ċensura.

Fis-sena 1973, Mons. Gerada kien kompla bil-karriera tiegħu fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede, meta inħatar Nunzju Appostoliku għal El Salvador u l-Gwatemala. Serva wkoll bħala Nunzju Appostoliku għal Pakistan fl-1980 u għall-Irlanda fl-1989. Hu kien irtira f’Malta fl-1995 skont il-Liġi Kanonika fl-età ta’ 75 sena.

Reazzjonijiet għall-aħbar ta' mewtu

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Partit Laburista Malti ddeskriva lil Monsinjur Gerada bħala “bniedem li ta kontribut kbir lis-soċjetà Maltija f’diversi oqsma u kien strumentali fil-ħidma favur l-għaqda nazzjonali fi żminijiet diffiċli għall-pajjiż”. Monsinjur Gerada jibqa mfakkar l-iktar għall-medjazzjoni tiegħu fl-eqqel tal-ġlieda politiko-reliġjuża tas-snin 60 u bis-saħħa tie¬għu ntlaħaq il-ftehim bejn il-partit u l-Kurja li biha il-Knisja aċċettat li qatt iktar ma jkun impost id-dnub il-mejjet fl-elezzjonijiet politiċi kif ukoll ġie miftiehem li jkun hemm separazzjoni bejn Knisja u Stat tant li dawn il-prinċipji ġew imnaqqxin fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika fl-1974. Monsinjur Gerada għamel unur lil Malta b’ħidmietu permezz tal-karriera diplomatika tiegħu f’isem il-Vatikan.