Aqbeż għall-kontentut

Ellis Park Stadium

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ellis Park Stadium
Lokalità Johannesburg, Afrika t'Isfel
Inawgurazzjoni 1928
Rinovazzjoni 2009
Espansjoni 2009
Proprjetarju Golden Lions Rugby Union u Orlando Pirates
Operatur Ellis Park Stadium Pty (Ltd)
Wiċċ Ħaxix
Spiża tal-kostruzzjoni R 40 miljun
Kapaċità 62,567
Lokatorji
Orlando Pirates

Ellis Park Stadium, illum magħruf aktar bħala Coca-Cola Park minħabba l-isponsorizzazzjoni, huwa stadju li jinsab ġewwa Johannesburg, fl-Afrika t'Isfel. Mibni fl-1928, dawn huwa wieħed mill-ikbar stadji fl-Afrika t'Isfel. Dan l-impjant huwa l-aktar famuż minħabba li ġewwa fih ospita l-finali tar-rugby tal-1995, li rat lill-Afrika t'Isfel tegħleb lil New Zealand u ssir ċampjin mondjali.

Il-bini ta' Ellis Park beda fl-1972 sabiex jospita l-logħbiet tat-tim tar-rugby ta' Golden Lions. Dan ġie msemmi wara JD Ellis, kunsillier ta' Johannesburg, li oriġinarjament kien proġett li jirreserva art ta' iktar minn ħames ettari. F'Ġunju 1928, il-grawnd kien lest għal partita ta' prova bejn l-Afrika t'Isfel u New Zealand. Bejn l-1947 u l-1957, l-iskop prinċipali tal-grawnd kien dak li jilqa' fih logħob tar-rugby u tal-krikit.

Fi tmiem is-snin sebgħin, l-impjant ġie modernizzat. L-istadju l-ġdid, inawgurat fl-1982, kellu jesa' 60,000 ruħ. Fl-1995, dan ospita numru ta' logħbiet mit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby u kif ukoll il-finali mirbuħa mis-Sud-Afrikani fuq it-tim tal-All Blacks.

Fl-1999 saret partita ta' ħbiberija tal-futbol bejn tim magħżul ta' Afrikani u selezzjoni mondjali sabiex isellmu t-tluq ta' Nelson Mandela minn President tal-Afrika t'Isfel. Fil-11 ta' April, 2001, waħda mill-ikbar traġedji sportivi ħadet post f'Ellis Park meta 40 ruħ spiċċaw mejta fil-konfront bejn Orlando Pirates u Kaizer Chiefs.

Fl-2009, Ellis Park żamm fih il-finali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Brażil. Huwa ġie magħżul fost għaxar impjanti sabiex fihom jintlagħbu l-logħbiet mit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Tazza tad-Dinja 2010

[immodifika | immodifika s-sors]
Data Ħin (UTC+2) Tim 1 Riżultat Tim 2 Rawnd Attendenza
12 ta' Ġunju 201016.00 Arġentina1–0 NiġerjaGrupp B55,686
15 ta' Ġunju 201020.30 Brażil2–1 Korea ta' FuqGrupp Ġ54,331
18 ta' Ġunju 201016.00 Slovenja2–2 Stati UnitiGrupp Ċ45,573
21 ta' Ġunju 201020.30 Spanja2–0 ĦondurasGrupp H54,386
24 ta' Ġunju 201016.00 Slovakkja3–2 ItaljaGrupp F53,412
28 ta' Ġunju 201020.30 Brażil3–0 ĊiliL-Aħħar Sittax54,096
3 ta' Lulju 201020.30 Paragwaj0–1 SpanjaKwarti tal-Finali55,359

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 26°11′51.07″S 28°3′38.76″E / 26.1975194°S 28.0607667°E / -26.1975194; 28.0607667