Elezzjoni ġenerali ta' Malta 1849
Dehra
Elezzjoni ġenerali ta' Malta 1849
| Pajjiż | Malta |
|---|---|
| Ġuriżdizzjoni | Malta |
| Qabel | Elezzjoni ġenerali ta' Malta 1854 |
| Point in time | 20 Awwissu 1849 |
| Meta beda | 16 Awwissu 1849 |
| Żmien li spiċċa | 20 Awwissu 1849 |
| Office contested | Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta |
L-ewwel elezzjoni ġenerali f'Malta saret bejn is-16 u l-20 ta’ Awwissu 1849.[1][2]
Sfond
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1835, Malta ngħatat Kunsill tal-Gvern mill-awtoritajiet Brittaniċi. Il-Kunsill kien jikkonsisti mill-Gvernatur, erba' uffiċjali u tliet membri maħtura mill-gvernatur. F'Ġunju 1849 il-Gvernatur Richard More O'Ferrall għadda kostituzzjoni ġdida li żiedet il-Kunsill għal 18-il membru, li minnhom għaxra jkunu maħtura u tmienja eletti.
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]B’kollox ġew reġistrati biex jivvutaw 3,767 persuna, li minnhom 3,315 tefgħu vot; parteċipazzjoni ta’ 88%.
| Membri eletti | ||
|---|---|---|
| Isem | Voti | Noti |
| Dun Filippo Amato | 619 | |
| Annetto Casolani | 606 | |
| Adriano Dingli | 117 | Elett minn Għawdex |
| Leopoldo Fiteni | 512 | |
| Montebello Pulis | 716 | |
| Arcangelo Pullicino | 511 | |
| Mikelang Scerri | 607 | |
| Giovanni Battista Vella | 425 | |
| Sors: Schiavone, p.175 | ||