Eileen Montesin
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Eileen Montesin (B'Kara, 1 ta' Ottubru 1962) hija attriċi u xandara Maltija. Tikteb skripts għad-drama, tipproduċi serje televiżivi u tidderiġihom, u hija preżentatriċi fuq it-TV u r-radju.
Studjat fl-Iskola Primarja ta' B'Kara u l-MTADA.
Eileen Montesin | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 1 Ottubru 1962 (62 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
attur xandar produttur tat-televiżjoni direttur tal-films |
Xandir Malta
[immodifika | immodifika s-sors]Bdiet bħala radio announcer ma' Xandir Malta f'Settembru 1979, fl-età ta' 17-il sena. Fuq TVM ippreżentat Kikku & Sika, l-ewwel minn sensiela ta' programmi għat-tfal li baqgħet ittella' sal-1987, meta wara li tela' Gvern Nazzjonalista tneħħiet minn Xandir Malta. Meta kienet għadha Xandir Malta ppreżentat ukoll Blanzuni 85 u ħadet sehem fid-drammi It-tieġ ta’ Karmena Abdilla u In-Neputija tal-Kappillan f'Dar il-Mediterran, li ntwerew ukoll fuq TVM.
Fl-2004, il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Mallia qatgħetha li Montesin kienet ġiet diskriminata minħabba opinjoni politika fl-1987.
Super ONE
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1992, marret mal-istazzjon tal-Partit Laburista Super 1. Kellha programm tar-radju kuljum. Produċiet u ippreżentat diversi programmi fuq ir-radju u t-TV fosthom Punt & Ċapċipa (kwizz), Rodeo (country & western show), Qisu l-Bieraħ (kompetizzjoni ta' kant Malti antik), Xalamita u bdiet l-ewwel teleserial tagħha bl-isem Undercover. Mexxiet ħafna kampanji ta' ġbir ta' fondi għall-Partit Laburista.
Wara li kellha diżgwid mas-Super One u mal-Partit Laburista li miegħu kienet timmilita, resqet lejn il-Partit Nazzjonalista. Fl-2001, ma kinitx qabel mad-direttiva tal-Partit li ma tiħux sehem fl-Istrina. Għall-elezzjoni tal-2003, hija intervistat lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, li min-naħa tiegħu talabha maħfra għal mod kif kienet ġiet trattata fl-1987. Bdiet tmexxi kampanji ta' ġbir ta' fondi għall-Partit Nazzjonalista.
PBS
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2002 Eileen marret mal-PBS fejn ipproduċiet KC, UC5 u Dejjem Tiegħek Becky, kontinwazzjoni ta' Undercover. Għamlet żmien ukoll tippreżenta fuq Calypso Radio (101.8 FM) u Solid Radio (100.2 FM).
Net TV u Radio 101
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2011 marret ma' Net TV fejn ipproduċiet u dderiġiet is-serje Dejavu, Becky u It's Morris. Tippreżenta programm kuljum fuq Radio 101, illum NET FM.
Ħajja Personali
[immodifika | immodifika s-sors]Miżżewġa lil Mark Haber u għandhom tifla, Christine Haber.