Aqbeż għall-kontentut

Edwin Grech

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Edwin Grech
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

1992 - 1998
Ħajja
Twelid Ħal Luqa, 27 Settembru 1928
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 15 ta' Marzu 2023
Familja
Ulied
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni professur
ġinekologu
politiku
Impjegaturi Università ta' Malta

Edwin Grech (Ħal Luqa, 27 ta' Settembru, 1928) kien Professur tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Università ta' Malta. Kien Ministru tas-Sigurtà Soċjali fil-Gvern Malti bejn l-1996 u l-1998. Huwa missier Karin Grech.

Studja fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun, fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa bħala spiżjar fl-1952 u bħala tabib fl-1955.

Huwa speċjalizza fir-Renju Unit, sar membru fir-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists fl-1963 u ġie elett Fellow of the Royal College of Obstetricians and Gynaecologists fl-1973.

Fl-1964 huwa inħatar lettur u konsulent fil-Makerere University Hospital tal-Uganda. Waqt li kien l-Uganda, huwa kiseb Master’s Degree in Surgery fl-1972. Fl-1973, huwa nħatar Professur u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija f’Lusaka, iż-Żambja.

Fl-1977, il-Professur Grech irritorna Malta u nħatar Professur u Direttur tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa u fl-Università ta’ Malta, karigi li żamm sal-1987.

Minbarra l-kontribut tiegħu għas-servizz tal-pazjenti fl-Iskola Medika, huwa introduċa metodi ġodda ta’ tagħlim kemm teoretiku kif ukoll kliniku. Huwa kien strumentali biex id-dipartimenti kliniċi kollha jkollhom għarfien mill-universitajiet u kunsilli mediċi barranin.

L-Assassinju ta' Bintu

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit wara r-ritorn tiegħu f’Malta, meta kien qed jagħti s-servizz tiegħu fl-isptarijiet Maltin, huwa sofra t-telfa ta’ bintu Karin, li nqatlet kawża ta’ splużjoni li seħħet minn ittra bomba mibgħuta lilu d-dar.

Huwa serva bħala Dekan fil-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija għal għaxar snin u membru tas-Senat u l-Kunsill tal-Università ta’ Malta (1979-1987). Huwa rtira mis-servizz pubbliku fl-1991.

Huwa serva wkoll bħala konsulent dwar saħħet l-omm u t-tfal fl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u bħala Direttur taċ-Ċentru Kollaborattiv għar-Riċerka Klinika fir-Reproduzzjoni Umana tal-ODS.

Fl-1992 il-Professur Grech ġie elett fil-Parlament mal-Partit Laburista. Huwa serva bħala Ministru għas-Sigurtà Soċjali (1996-1998).

Il-Mexxej tal-Partit Laburista, Allfred Sant, kien innominah għall-kariga ta' President tar-Repubblika imma l-Gvern ma kienx aċċetta.