Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni utent:Scutajar

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Hello Simon, welcome to mt.wiki :) I am only the last arrived here too, but please also check the WikiMalta webpage or the FB group of WCM. We are currently working on the CEE Spring 2020 (Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2020), feel free to join! Tjena, --Dans (d) 19:15, 24 Apr 2020 (UTC)

Merħba Scutajr -- tassew kuntent li qed narak hawn Simon! Nittama li jkollna l-opportunità naħdmu flimkien biex insejbu l-Wikipedija bil-Malti. Fittixni meta trid. Taf kif tikkuntattjani, le? Dwar affarijiet tal-wiki idealment fuq il-paġna ta' diskussjoni tiegħi stess. --ToniSant (d) 16:19, 29 Apr 2020 (UTC)

Grazzi Ton! Minix traduttur, imma nipprova ngħin kif nista'! Ikolli bżonn, inħallilek messaġġ fuq il-paġna tad-diskussjoni tiegħek, tibżax :) --Scutajar (d) 07:37, 30 Apr 2020 (UTC)
Apparti t-traduzzjoni hemm ħafna aktar xogħol li jsir fuq mt.wikipedia. Il-ħiliet tiegħek huma essenzjali daqs dawk tat-traduzzjoni, jekk mhux aktar ukoll. Nitkellmu...speċjalment jekk tista' tingħaqad magħna f'xi waħda mil-laqgħat tagħna nhar ta' Ġimgħa tis-6pm. --ToniSant (d) 08:35, 30 Apr 2020 (UTC)
Nitkellmu llejla mela! :) --Scutajar (d) 13:26, 1 Mejj 2020 (UTC)

Mudell:Irrispondi

[immodifika s-sors]

@Scutajar: grazzi u prosit ta' dan il-mudell biex inkunu nistgħu nwieġbu fuq il-paġni tad-diskussjoni! --ToniSant (d) 16:53, 15 Mej 2020 (UTC)

@ToniSant: M'hemmx imniex Ton! —Scutajar (d) 17:00, 15 Mej 2020 (UTC)
@Scutajar: Għadni kemm ħallejtlek nota fuq il-paġna tad-diskussjoni tal-Pjazza u ntbaħt li meta ddaħħal aktar minn utent wieħed mal-mudell irrispondi, tidher il-kelma "and" bejniethom. Rajtha? --ToniSant (d) 18:47, 21 Mej 2020 (UTC)
@ToniSant: Grazzi talli avżajtni Ton, kont insejt nittraduċi l-Ingliż fil-mudell! Irranġajt kollox issa. —Scutajar (d) 19:17, 21 Mej 2020 (UTC)
@Scutajar: kont qed naħseb ukoll dwar il-varjanti ta' dan il-mudell, b'mod partikolari mention/semmi. Naħseb li huwa identiku għal dan ħlief li ma jkunx hemm : wara l-isem. X'taħseb? Hekk jekk issemmi lil xi ħadd f'sentenza ma jidhirx b': wara ismu f'nofs sentenza. --ToniSant (d) 10:52, 29 Mej 2020 (UTC)

Skużani dwar in-Nebbieta, indunajt li kien hemm żball u mingħalija kont reġġajtha għall-verżjoni tiegħek, imma ovvjamnet ma kontx. Kont qed nipprova nibdel l-istampa l-istampa għal waħda ta' nebbieta:

Leli Forte (d) 10:38, 3 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]

@Leli Forte: Tajjeb nosservaw li bil-modifika tant tajba ta' Scutajar, kull Nebbieta għandha stampa li tirrelata xi ftit jew wisq mas-suġġett tal-artiklu propja. Dawn l-istampi xorta jistgħu jinbidlu, sintendi, però naħseb li l-idea hi li jkun hemm ċertu varjetà uniformi aktar ma jiżdiedu n-nebbieta fuq mt.wikipedia. Dettall ċkejken, xejn importanti wisq, fil-fehma tiegħi. Grazzi dejjem tal-ħidma u l-appoġġ! --ToniSant (d) 10:50, 3 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]
Kont qed na]seb xi ħaġa hekk:
Leli Forte (d) 15:29, 7 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]
@Scutajar u Leli Forte: Għamilt modifika biex nikludi l-istampa ssuġġerita flok dik ġenerali. Araw naqra hux tajjeb hekk issa kif jidher hawn: Mudell:Nebbieta. --ToniSant (d) 20:04, 9 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]
@ToniSant: Grazzi. Interessanti li bl-Olandiż "Zaadje", żerriegħa żgħira. —Leli Forte (d) 10:50, 11 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]
@Leli Forte: Togħġobni ż-żieda tal-aħħar linja għax nistgħu nżidu ħolqa lejn l-kategoriji li qed jintużaw fil-mudell. Naħseb li għandna nżiduha. --Scutajar (d) 20:22, 11 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]
Iva, naqbel li utli jkollna mod kif naraw x'inhuma l-kategoriji tan-nebbieta anke biex ninkoraġġixxu l-użu tal-parametru li jbiddel il-mudell tan-nebbieta għal wieħed assoċjat mas-suġġett. --ToniSant (d) 15:03, 13 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]

Automatic citation minn URL

[immodifika s-sors]

Din il-funzjoni jidher li qed taħdem. Ipprovajtha għar-referenza numru 6 fuq l-artiklu dwar Jean Zaleski. Għandek raġun ukoll dwar il-bżonn li nirranġaw l-istil tas-citation. Grazzi! --ToniSant (d) 15:05, 13 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]

@ToniSant: Tal-ġenn, għandha tkun ħafna aħjar hekk għal min mhuwiex tekniku. Għad irrid nlesti il-kumplament tal-mudelli, s'issa għad għandna biss ċita ktieb. Naħseb li se jkollna noħolqu mudell ġeneriku ta' ċitazzjoni ukoll (fil-file li żidt għal citoid, il-mudell ġeneriku kien Citation, li aħna m'għandniex). Għalissa nipprova nintegra l-mudelli li għandna, u nagħti titwila lejn ir-Reuse. —Scutajar (d) 15:16, 13 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]

Mudelli jinqelbu bl-Ingliż

[immodifika s-sors]

Hello Sur Cutajar. Dan kollu li ħa ngħidlek hawn taħt kont diġa ddiskutejtu miegħek privatament imma naħseb li għandu jkun hemm qbil pubbliku fuqu.

Naf li inti ħloqt ħafna mudelli f'mt.wp. Nixtieq insaqsik għal permess tiegħek biex il-mudelli li għandhom kollox bil-Malti jinbidlu lura għall-Ingliż billi kemm nikkupjaw il-code tal-mudelli tal-Ingliż eżatt kif inhuma (bl-isem tal-mudell b'kollox) minflok il-mudelli eżistenti. Ir-raġunijiet għal din huma hawn taħt.

Bħalissa hemm ħafna mudelli li mhumiex dokumentati sew u xi parametri tagħhom ma jkunux ċari għalfejn qiegħdin. Apparti minn hekk, jkun ħafna eħfef biex iżżid mudelli ġodda minn en.wp jekk l-isimijiet u l-parametri jibqaw eżatt l-istess bħall-Ingliż, minħabba li referenzi għal mudelli oħra jibqaw l-istess u ma tridx toqgħod tbiddel il-code.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-mudelli ġodda li qed inżid jien qed inħallihom bl-Ingliż u d-dokumentazzjoni tkun referenza għal tal-Ingliż. L-affarijiet li jkun hemm bżonn jiġu tradotti bħal messaġġi li jgħati l-mudell xorta jkunu tradotti, imma affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-'backend', li ma jarawx il-maġġoranza tal-utenti, jibqaw bl-Ingliż.

X'taħseb fuq din il-proposta? Mtanti (d) 16:04, 8 Lulju 2023 (UTC)[wieġeb]

@Mtanti Naqbel sa ċertu punt. Il-mudelli li diġa jeżistu bil-Malti jistgħu jingħataw ħolqa għall-paġna tagħhom fuq WikiData (ara per eżempju Mudell:Ċita ktieb li għandu ħolqa għal Template:Cite book u b'hekk jekk jintuża l-Visual Editor meta ssir traduzzjoni, il-mudelli ta' referenza jinqalbu awtomatikament. Il-parametri jistgħu jinqalbu ukoll; il-mudelli ta' ċitazzjoni joffru l-flessibilità li jintuża iżjed minn isem wieħed, kif tista' tara isfel nett fid-dokumentazzjoni tal-mudell. Filfatt, ħallejt kollox bl-Ingliż attapposta biex ikunu jistgħu jintużaw iktar malajr.
Idea oħra li użajt ta' malajr waqt il-konkors Rebbiegħa 2023 kien li nżid mudell bil-Malti filwaqt li nżid paġna redirect bl-isem tal-mudell bl-Ingliż. Ovvjament, din ma ssolvix il-problema ta' dokumentazzjoni.
Naf li kien hemm spunt biex jintuża iżjed il-visual editor għal nies li mhumiex daqs tant tekniċi; filfatt ħafna mill-mudelli ta' referenzi jużaw citoid u TemplateData biex ikunu jistgħu jintużaw mill-VisualEditor mingħajr tbabis fis-sors. Taħseb li hemm ħafna nies li qed jżidu l-artikli billi jimmodifikaw is-sors?
Għaldaqstant ma tantx tagħmel differenza; naħseb li idea tajba li kollox ikun aċċessibbli kemm jista' jkun imma tinħass stramba li l-ismijiet tal-mudelli, l-parametri tagħhom u d-dokumentazzjoni jkunu kollha bl-Ingliż; speċjalment għad-dokumentazzjoni. Forsi bħal ma qed tgħid int però; jekk ikollna kollox bl-Ingliż, ikun iżjed faċli biex in-nies ikunu jistgħu jużaw il-mudelli malajr. Scutajar (d) 08:52, 9 Lulju 2023 (UTC)[wieġeb]