Diskussjoni:Tibdil fil-Lingwa
Dehra
Kliem problematiku
[immodifika s-sors]Kif taqleb dan il-kliem għall Malti?
random
[immodifika s-sors]- bl'ażżard?
- bla raġun?
Joe, grazzi tal-kumpliment li għaddejtli fuq ta' Rużar Briffa. Illum jagħlaq 100 sena mit-twelid tiegħu. Randomly tista' tinqeleb bl-addoċċ, kif ġie ġie, inkella iktar korretta... b'mod każwali.
Fil-kuntest tiegħek kieku nagħmilha
- Għalkemm, dan it-tibdil jidher, li hu bl'ażżard,
- Għalkemm, dan it-tibdil jidher, li jsir b'mod każwali,
Tinsix li *bl' fil-Malti ma teżistix. Nużaw bl-
'bl' tezizti jien tallimta l-iskola —Dan il-kumment preċedenti li ma ġiex iffirmat, ġie miżjud minn 78.133.26.99 (diskussjoni • kontribuzzjonijiet)
Naħseb li ried jgħid hu li niktbu "bl-" mhux "bl'". U għandi suġġeriment..."għallarrieda" x'taħsbu minnha?--Rmjd (d) 18:04, 10 Mejju 2009 (UTC)
Noti
[immodifika s-sors]Dawn ftit Noti għal eżempji ta' tibdil fil-Malti u l'effetti tagħhom fuq is-sistema.
- Preferenza ta kostruzzjoni preposizzjonali flok l'Istat kostrutt.
- Kitba li tirrefletti pronunċja aktar semitika minflok ir-realta' tas-sistema tal-ħsejjes attwali:
- L' 'għ' sieket, xorta nipproninċjaw 'żagħżugħ' (żażuħ), etc.
- eżempji bħal dawn: Diskussjoni_utent:Rmjd#.C4.A7_vs._h