Stat kostrutt
L-istat kostrutt hu għamla partikolari ta' żewg nomi li flimkien jesprimu stat ta' rabta bejniethom. L-ewwel nom, li ġeneralment jiġi ddeterminat jew speċifikat b'artiklu, hawn jinkiteb mingħajr artiklu biswit nom ieħor. It-tieni nom jiddetermina l-ewwel wieħed u jesprimi relazzjoni ġenitiva, jiġifieri relazzjoni jew pussess tat-tieni nom fuq l-ewwel wieħed. B'hekk, dan l'istat huwa wiehed mill-possibilitajiet kif il-ġenitiv jista jiġi rrealizzat. L-istat Kostrutt iseħħ f'ilsna semitiċi bħall-Għarbi, l-Ebrew, u l-Eġizzjan antik.
il-ġenitiv f'għamla ta' stat kostrutt
[immodifika | immodifika s-sors]Il-ġenitiv jesprimi rabta ta' possessjoni, jew relazzjoni dejqa bejn suġġett u oġġett. Fil-Malti din ir-relazzjoni tista tieħu tlett għamliet differenti:
- Fi-Frażi b'partiċella (ta'), waħedha:
- eż il-qattus ta' Pawlu
jew b'partiċella mehmuża ma' suffiss pronominali
- eż il-qattus tiegħu
- F'kelma b'pronom mehmuż
- sufu, xagħarhom, qalbha,
- Fl-għamla ta' l-istat kostrutt:
- denb il-qattus, tarf il-ġnien
Fl-istat kostrutt ir-rabta hija bejn żewġ nomi, fejn l-ewwel nom, imsejjaħ in-nom reġġent, jiġi ddeterminat jew speċifikat aktar preċiżament mit-tieni nom (imsejjaħ komplement). In-nom reġġent huwa dejjem mingħar artiklu u it-tieni nom ma jeħtieġx il-partiċella ta'
Żewġ nomi wara xulxin ikunu fl-istat kostrutt biss meta it-tieni nom jiddetermina l-ewwel wieħed
- Eż: dahar is-siġġu (stat kostrutt) vs. tazza nbid
Użu
[immodifika | immodifika s-sors]Il-ġenitiv jesprimi rabta ta' possessjoni, jew relazzjoni dejqa bejn suġġett u oġġett.
Eżempju : Il-mistidnin ġew f'dar Francesca, dakinhar filgħaxija.
L-istat konstrutt huwa "f'dar Francesca"
F'dar = suġġett
Francesca = oġġett