Diskussjoni:Teatru tal-Opri ta' Sydney
Dehra
Opri jew Opra
[immodifika s-sors]Komunament ngħidu Teatru tal-Opra u mhux Teatru tal-Opri. Allura għaliex ngħdu Teatru tal-Opra ta' Sydney flok Teatru tal-Oprti ta' Sydney? Dan apparti l-fatt li naħseb li xorta għandha tibqa' Sydney Opera House għax hekk nagħmlu per eżempju b'Madison Square Garden jew Covent Garden, jew Pjazza Teatru Rjal eċċ. X'taħseb @Trigcly? -- ToniSant (d) 12:57, 12 Jannar 2023 (UTC)
- Jien kont smajtha tintuża fix-xandir nazzjonali bħala teatru tal-opri, u għalhekk użajt il-plural bħall-artiklu tat-Teatru tal-Opri Margravjali. Eżempju li sibt online tat-TVM huwa dan: Numru rekord ta’ dimostranti kontra l-“Islamizzazzjoni” tal-Ġermanja - TVMnews.mt fejn jużaw teatru tal-opri. Ma naħsibx li l-użu tal-plural flok is-singular għandu jfixkel wisq.
- B'lingwi oħra biddlu l-isem ukoll għaliex mhuwiex isem proprju imma deskrizzjoni, allura ttraduċejtha bil-Malti u żidt il-verżjoni iktar magħrufa bl-Ingliż fl-artiklu kif ukoll fil-Wikidata. Trigcly (d) 15:15, 12 Jannar 2023 (UTC)
- Spegazzjoni perfetta! Grazzi @Trigcly. Naħseb allura li għandna bżonn biss ta' rindirizz minn Sydney Opera House, anke għax per eżempju din hija l-ħolqa rikjesta fuq l-artikli Mary Spiteri u Albert Marshall. -- ToniSant (d) 19:54, 12 Jannar 2023 (UTC)
- Iva, idea tajba :) Grazzi! Trigcly (d) 07:02, 13 Jannar 2023 (UTC)