Albert Marshall

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Albert Marshall.jpg

Albert Marshall (Ħ'Attard, 1947) huwa awtur u direttur tad-drammi Malti.

Studju[immodifika | immodifika s-sors]

Studja s-Seminarju, l-Università ta' Malta, il-London Academy of Music and Dramatic Arts u Victoria University ta' Melbourne, l-Awstralja, mnejn kiseb l-M.A. fl-Istudji tal-Komunikazzjoni. Bejn l-1971 u l-1980 okkupa diversi karigi fix-xandir nazzjonali u kien l-ewwel kap Malti tal-Akkademja Nazzjonali tal-Arti Drammatika.

Fl-Awstralja[immodifika | immodifika s-sors]

Marshall emigra lejn l-Awstralja fl-1981. Għamel żmien reġista residenti fil-Victoria College of the Arts ta' Melbourne u kien l-ewwel Malti li dderieġa fis-Sydney Opera House. Kien jgħallem l-istudji tal-Komunikazzjoni f'Victoria University qabel irritorna Malta.

Lura Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Irritorna Malta f'Novembru 1995 biex jieħu f'idejh it-tmexxija tar-Radju tal-Università u fl-istess ħin jgħallem l-istudji tal-Komunikazzjoni fl-Università ta' Malta. Marshall inħatar General Manager tal-PBS fl-1996. Fl-2004, Marshall emigra lejn il-Lussemburgu fejn ħadem bħala traduttur mal-Kummissjoni Ewropea. F'Novembru 2009 irtira u irritorna lejn Malta.

Marshall ippubblika għadd kbir ta' poeżiji f'kotba u antoloġiji tul il-medda taż-żmien bejn il-ħolqien tal-Moviment Qawmien Letterarju, li tiegħu kien protagonist, fis-Snin Sittin, u l-ktieb Diaspora, ġabra tal-poeżiji tiegħu miktubin bejn l-1967 u l-1996.