Digão
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Rodrigo Izecson dos Santos Leite | ||
| Twelid | 14 ta' Ottubru 1985 Brasília, Brażil | ||
| Tul | 1.94 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Mixtliet | |||
| 2003–2004 | São Paulo | ||
| 2004–2005 | Sampdoria | ||
| 2004–2005 | → Milan (self) | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2005–2011 | Milan | ||
| 2005–2007 | → Rimini (self) | ||
| 2008–2009 | → Standard Liège (self) | ||
| 2009–2010 | → Lecce (self) | ||
| 2010 | → Crotone (self) | ||
| 2010–2011 | → Penafiel (self) | ||
| 2012–2013 | New York Red Bulls | ||
Rodrigo Izecson dos Santos Leite, magħruf aħjar bħala Digão[a] (twieled fl-14 ta' Ottubru 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Brażiljan li kien jilgħab bħala difensur. Digão jiġi ħu l-plejer Kaká.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Digão ngħaqad mat-tim ta' Milan minn São Paulo fis-sajf tal-2004 taħt self mit-tim ta' Sampdoria li kienu ttesserawh minflok il-Milan, minħabba li dawn tal-aħħar kienu laħqu plejers ekstra-komunitarji.
Fl-2005, wara li kien għadda definittivament mal-Milan, ingħaqad b'self mar-Rimini fis-Serie B, fejn magħhom lagħab sal-aħħar tal-istaġun 2006–07. Lura mal-Milan hu lagħab l-ewwel logħba tiegħu fit-telfa ta' Milan ta' 2–1 kontra Catania fl-20 ta' Diċembru 2007, logħba valida mill-Coppa Italia. L-ewwel dehra tiegħu fis-Serje A liebes flokk aħmar u iswed wasal fl-1 ta' Marzu 2008, bħala sostitut għal Marek Jankulovski kontra l-Lazio.
Fit-13 ta' Awwissu 2008, Standard Liège ħabbru li Digão kien se jingħaqad mal-kampjuni Belġjani għal perjodu ta' sena taħt self.[1] Però, wara li weġġa' l-ligamenti tal-irkoppa kellu jibqa' barra mil-logħba għal sitt xhur. Lura l-Italja, hu ssieħeb ma' Lecce, fejn wara biss żewġ logħbiet il-kuntratt tiegħu ġie mħassar sabiex għadda mat-tim ta' Crotone.
Huwa ma lagħab l-ebda logħba mat-tim ta' Crotone, u allura f'Lulju 2010 għadda mat-tim mit-tieni diviżjoni Portugiża, Penafiel.
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Royal Standard de Liège: Nouvelles – Digao" (bil-Franċiż). Standard Liège. 2008-08-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-16. Miġbur 2009-05-30.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (IT) Digão fuq TuttoCalciatori