Denílson Pereira Neves
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Denílson Pereira Neves | ||
Twelid | 16 ta' Frar 1988 São Paulo, Brażil | ||
Tul | 1.78 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
São Paulo | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2005–2006 | São Paulo | ||
2006–2013 | Arsenal | ||
2011–2013 | → São Paulo (self) | ||
2015–2017 | Al-Wahda | ||
2016 | → Cruzeiro (self) | ||
2019 | Botafogo | ||
2020–2021 | Sliema Wanderers | ||
2021 | Brasil de Pelotas |
Denílson Pereira Neves (twieled fis-16 ta' Frar 1988), magħruf sempliċement bħala Denílson, huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab f'nofs il-grawnd.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel snin
[immodifika | immodifika s-sors]Imwieled fil-belt ta' São Paulo, Denílson huwa t-tieni fost erbat aħwa ta' José Neves u Luciene Pereira. Missieru kien eks-plejer ta' Botafogo.
Karriera fil-futbol
[immodifika | immodifika s-sors]Beda l-esperjenza fil-futbol mal-klabb lokali ta' São Paulo, fejn kien parti mit-tim rebbieħ tal-Copa Libertadores 2005 u tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2005. Madanakollu fl-istaġun li qatta' mal-ewwel tim ġie wżat biss tnax-il darba, bi tmien preżenzi jiġu minn fuq il-bankina.
Fil-31 ta' Awwissu 2006, ingħaqad mal-klabb Ingliż ta' Arsenal għas-somma ta' £3.4 miljun. Ħafna baqgħu sorpriżi b'dan it-trasferiment minħabba n-nuqqas ta' esperjenza tiegħu.[1] Id-debutt tiegħu wasal fl-24 ta' Ottubru 2006, fil-logħba valida mit-tielet rawnd tal-Carling Cup kontra West Bromwich Albion. Hu kien preżenti matul il-kampanja kollha fejn lagħab ukoll il-finali mitlufa kontra Chelsea bl-iskor ta' 2–1. Hu ddebutta fil-Premier League fit-30 ta' Diċembru 2006 bħala sostitut fit-telfa ta' 1–0 kontra Sheffield United.
L-ewwel gowl mal-Gunners wasal fil-25 ta' Settembru 2007, f'partita mit-tielet rawnd tal-Carling Cup kontra Newcastle United li assigurat rebħa ta' 2–0. L-ewwel logħba mal-ewwel ħdax kienet fl-24 ta' Novembru 2007 kontra Wigan Athletic.
Fl-istaġun segwenti 2008–09, bit-tluq ta' diversi plejers veterani hu sab aktar post fl-iskwadra u fforma koppja ma' Cesc Fàbregas f'nofs il-grawnd. F'dak l-istaġun lagħab 37 logħba fil-kampjonat minn 38.
Fl-istaġuni li segwew minħabba l-emerġenza taż-żagħżugħ Jack Wilshere u l-problemi fiżiċi tiegħu, fl-istaġun 2010–11 beda biss sitt partiti tal-kampjonat minn total ta' 16 li lagħab. B'riżultat ta' dan, fit-18 ta' Lulju 2011 ġie msellef lura lill-klabb ta' São Paulo.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Bellos, Alex (2007-01-31). "Denilson times his run to perfection" (bl-Ingliż). The Guardian.
- ^ "Arsenal midfielder Denilson returns to Brazil" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-07-18.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Denílson Pereira Neves fuq Soccerbase