David de Gea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
David de Gea
Informazzjoni personali
Isem sħiħDavid de Gea Quintana
Twelid7 ta' Novembru 1990 (1990-11-07) (33 sena)
MadridSpanja
Tul1.92 m
RwolGowler
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliManchester United
Numru1
Mixtliet
2003–2009Atlético Madrid
Karriera professjonali
SninKlabb
2009–2011Atlético Madrid
2011–Manchester United
Tim nazzjonali
2009–2013Spanja U-21
2009–Spanja

David de Gea Quintana (twieled fis-7 ta' Novembru 1990) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab bħala gowler ma' Manchester United. Imrobbi fl-akkademja ta' Atlético Madrid mill-età ta' 10 snin, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2009. Wara li sar l-ewwel għażla bejn il-lasti, il-prestazzjonijiet tiegħu laqqtu għajn il-klabb ta' Manchester United li ffirmawh magħhom fl-2011.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Atlético Madrid[immodifika | immodifika s-sors]

De Gea ingħaqad mal-akkademja ta' Atlético Madrid ta' 10 snin. Hu qatta' l-ewwel staġuni professjonali tiegħu ma' Atlético Madrid B (it-tim tar-riservi) fis-Segunda División B. Bil-gowler tal-ewwel għażla Sergio Asenjo jiġi msejjaħ għat-Tazza tad-Dinja U-20 2009, De Gea ingħażel mal-ewwel skwadra bħala kopertura għal Roberto. Hu lagħab l-ewwel logħba tiegħu fit-30 ta' Settembru 2009, meta daħal bħala sostitut għall-imweġġa Roberto wara 26 minuta fil-partita kontra Porto mill-UEFA Champions League; De Gea sofra żewġ gowls fl-aħħar minuti biex Atlético tilfu 2–0.[1]

Il-problemi fiżiċi ta' Roberto fissru li De Gea ġie magħżul mal-ewwel ħdax tliet ijiem fil-konfront kontra Real Zaragoza mil-La Liga. Bit-tim tiegħu 1–0 minn fuq, De Gea waqqa' lil Jorge López fil-kaxxa però rnexxielu jsalva l-penalty segwenti mogħti minn Marko Babić, sabiex ħarġu rebbieħa 2–1.[1] Wara numru ta' żbalji minn Asenjo, u l-wasla ta' Quique Sánchez Flores bħala l-kowċ il-ġdid, De Gea temm l-istaġun 2009–10 bħala n-numru wieħed. Hu deher fit-tmien logħbiet tal-kampanja rebbieħa tal-UEFA Europa League, fosthom fil-finali mirbuħa kontra Fulham.

L-istaġun 2010–11 bdieh bl-aqwa mod possibbli, hekk kif għen lil Atlético jirbħu s-Super Cup Ewropea kontra l-Inter, fejn fil-finali salva wkoll penalty mogħti mill-attakkant Diego Milito.

Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel nofs tal-2011 kien hemm għajdut kbir fuq min kellu jkun l-eredi ta' Edwin van der Sar bejn il-lasti ta' Manchester United. Wara l-logħba ta' testimonjanza f'ġieħ is-servizzi ta' Gary Neville fl-24 ta' Mejju, il-kowċ ta' United Alex Ferguson stqarr li kien hemm qbil biex jiġi akkwistat De Gea, imma din kienet miċħuda aktar tard mir-rappreżentanti ta' De Gea, b'dan tal-aħħar jistqarr li hu kien se jikkunsidra l-futur tiegħu wara l-Kampjonati Ewropej tal-U-21.[2] Wara r-rebħa ta' Spanja, De Gea deher f'Manchester jagħmel testijiet mediċi ma' United fis-27 ta' Ġunju. It-trasferiment tiegħu ġie kkonfermat fid-29 ta' Ġunju.[3]

Id-debutt kompetittiv tiegħu wasal fil-Community Shield tas-7 ta' Awwissu kontra r-rivali Manchester City, li United rebħuha bl-iskor ta' 3–2.[4]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b Bryan, Paul (2009-10-05). "De Gea stands tall after whirlwind bow" (bl-Ingliż). UEFA.com. Miġbur 2011-07-05.
  2. ^ "De Gea denies Manchester United deal is imminent" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-05-26. Miġbur 2011-07-05.
  3. ^ "Manchester United confirm signing of David de Gea" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-05-29. Miġbur 2011-07-05.
  4. ^ Bevan, Chris (2011-09-07). "Man City 2-3 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2011-09-07.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]