Opossum nanu mistur ta' Rio Grande do Sul
Opossum nanu mistur ta' Rio Grande do Sul | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia Gill, 1872 |
Familja: | Didelphidae Gray,1821 |
Sottofamilja: | Didelphinae Gray, 1821 |
Ġeneru: | Cryptonanus Voss et al., 2005 |
Speċi: | C. guahybae |
Isem binominali | |
Cryptonanus guahybae Tate, 1931 | |
Firxa tal-Cryptonanus guahybae |
L-Opossum nanu mistur ta' Rio Grande do Sul jew Opossum grazzjuż ta' Rio Grande do Sul, magħruf xjentifikament bħala Cryptonanus guahybae, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi nani mistura, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Dan l-opossum nanu mistur huwa marsupjal b'abitudni notturna (attiv bil-lejl) b'attività minima matul il-ġurnata. Cryptonanus guahybae jgħix f'abitat varjat minn foresti subtropikali u tropikali umdi għal foresti b'siġar li jwaqgħu l-weraq u artijiet tal-ħaxix. Dan huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jinżel mal-art biex jiekol xi frott u jikaċċja.
Dan il-marsupjal għandu l-biċċa l-kbira tal-pil fil-ħamrani, b'taħt żaqqu b'pil ifjen fil-griż. Il-mara jkollha 15-il "mammae" (żejża), li jkunu ppożizzjonati 7, 1 u 7.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum nanu mistur ta' Rio Grande do Sul huwa marsupjal b'dieta omnivora, u tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żagħar oħra.
Distribuzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Cryptonanus guahybae huwa speċi b'distribuzzjoni żgħira ħafna (it-tieni l-iżgħar fost l-ispeċi fil-ġeneru Cryptonanus) fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, fin-Nofsinhar tal-Brażil, fl-istat ta' Rio Grande do Sul u b'hekk endemiku ta' dan l-istat u tal-Brażil.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Cryptonanus
- Opossum nanu mistur ta' Rio Grande do Sul, Cryptonanus guahybae
- Ġeneru Cryptonanus
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Sinonimi
[immodifika | immodifika s-sors]"Marmosa microtarsus guahybae", "Gracilinanus microtarsus guahybae" u "Gracilinanus guahybae" huma kollha sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Cryptonanus guahybae ta' Tate, 1931.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Tate, G.H.H. 1931. Brief diagnoses of twenty-six apparently new forms of Marmosa (Marsupialia) from South America. American Museum Novitates 493:1–14.
- Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 25 juli 2005. Tista tara il-fajl hawn.